Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13400
Title: L-annimali : kif jidhru fil-Malti fid-dizzjunarju u fl-MLRS
Authors: Cauchi, Leanne
Keywords: Animals in literature
Animals -- Quotations, maxims, etc.
Anthropomorphism in literature
Issue Date: 2016
Abstract: Fl-ewwel kapitlu se nikkummenta dwar il-modi kif tista’ titqassam id-dinja annimali. Hemm diversi modi u perspettivi differenti kif tista’ tħares lejn din id-dinja u naraw li lanqas ix-xjentisti stess ma jaqblu bejniethom dwar kif għandhom jitqassmu l-annimali. L-aktar perspettiva importanti għal din it-teżi hi dik tal-bniedem komuni u kif hu jikkategorizza d-dinja annimali, skont ir-relazzjoni li bena magħha matul iż-żmien. Analizzajt il-modi differenti ta’ kif l-annimal deher fil-ħajja tal-bniedem u kif ġie sfruttat għal raġunijiet differenti. It-tieni kapitlu se jittratta kif l-annimali jidhru fl-immaġinazzjoni kollettiva tagħna l-Maltin, b’attenzjoni partikolari lejn l-espressjonijiet u l-idjomi, il-qwiel u anke l-poeżija Maltija, ladarba anke l-artist sa ċertu punt jirrifletti l-fehmiet tan-nies ta’ madwaru li lilhom ikellem. Dan se jagħtina idea dwar il-preżenza tal-annimal kif imxiet mid-dinja għal-lingwa, kif l-annimal sar metafora u ismu sar iwassal bosta kwalitajiet u karatteristiċi lil hinn mill-annimal innifsu. Madanakollu, il-firxa tal-annimali fl-immaġinazzjoni kollettiva hi waħda estensiva u mhux possibbli li nittratta kull xogħol b’rabta mal-annimali fil-limiti ta’ din it-teżi. Minħabba f’hekk, l-analiżi tiegħi dwar dan is-suġġett se tkun waħda konċiża li tittratta l-idea aktar milli kull eżempju speċifiku. L-aħħar kapitlu huwa l-bażi tar-riċerka tiegħi. Se jippreżenta r-riżultati li ġbart mill-korpus u jqabbilhom mad-dizzjunarju, filwaqt li juri d-data miġbura mill-programm Seħer il-Malti. Għal kull annimal se nanalizza r-riżultati miġbura u nikkummenta dwarhom. Fejn l-isem tal-annimal hu użat biex jirreferi għal aktar minn entità waħda fid-dinja, se nagħti r-raġunijiet tiegħi għala naħseb li ngħażel dan l-isem, u xi kultant nasal għal din il-konklużjoni bl-għajnuna ta’ kotba jew siti elettroniċi u drabi oħra t-teorija tiegħi tkun biss spekulazzjoni. Din it-teżi se tikxef l-abbiltà ta’ Aquilina li jiġbor fid-dizzjunarju tiegħu t-tifsiriet differenti li jkopru l-ismijiet tal-annimali, u kemm id-dizzjunarju tiegħu hu rifless dirett tal-lingwa mitkellma llum. Irridu nżommu f’moħħna meta nkiteb id-dizzjunarju, u għalhekk kemm il-lingwa żviluppat minn dak iż-żmien lil hawn. Dan l-ispazju ta’ żmien u l-bidliet lingwistiċi li seħħew fih għandu jagħmel tajjeb għalihom il-kontribut tal-korpus elettroniku, l-MLRS, bir-rikkezza ta’ xhieda tal-użu ħaj tal-lingwa, abbundanti u aġġornata. Permezz ta’ din it-teżi nixtieq nixhed il-preżenza qawwija tal-annimali fil-lingwa ta’ kuljum filwaqt li nanalizza kif l-isem tal-annimal żviluppa matul is-snin sakemm it-tifsira tiegħu xi kultant tbiegħdet u saret indipendenti mill-annimal innifsu.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13400
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL009.pdf
  Restricted Access
1.67 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.