Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13405
Title: Analiżi tal-iżbalji ortografiċi li saru fl-eżami tal-matrikola tal-Malti fil-livell avvanzat fl-2015
Authors: Schembri, Corinne Marie
Keywords: Maltese language -- Orthography and spelling
Maltese language -- Errors of usage
Maltese language -- Orthography and spelling -- Problems, exercises, etc.
Issue Date: 2016
Abstract: Fl-ewwel kapitlu, ingħatat ħarsa ħafifa lejn l-iżvilupp tal-kitba bil-Malti u l-importanza tal-ortografija skont il-fehma ta’ diversi studjużi. Barra minn hekk, ġie spjegat l-għan tar-riċerka u ngħatat ukoll ir-raġuni għaliex ġie studjat dan il-qasam. It-tieni kapitlu jiffoka fuq il-metodoloġija użata fit-twettiq ta’ din ir-riċerka, jiġifieri, il-proċess tat-tqassim tal-iskritti flimkien mal-ġabra u l-klassifikazzjoni tal-iżbalji ortografiċi. Mill-banda l-oħra, fit-tielet u fir-raba’ kapitlu, issir analiżi tal-iżbalji ortografiċi li jkunu nstabu u tinħareġ statistika relatata mal-frekwenza tal-aktar żbalji komuni magħmula mill-kandidati fil-livell avvanzat. Barra minn hekk, isir paragun bejn it-tipi ta’ żbalji li nstabu fir-riċerka attwali u dawk li sabet Dimech fl-istudju tagħha. L-aħħar kapitlu jiġbor fil-qosor ir-riżultati miksuba u l-konklużjonijiet li joħorġu minn din l-analiżi. Fil-fatt, dan il-kapitlu jitfa’ dawl fuq is-sitwazzjoni li tinsab fiha l-ortografija Maltija f’kuntest partikolari sewwasew kif inhi mħaddma minn grupp ta’ persuni, x’aktarx żgħażagħ li għażlu li jiffukaw l-istudji tagħhom fuq il-Malti u għamlu l-eżami fil-livell avvanzat tiegħu. Barra minn hekk, jiġu identifikati numru ta’ fatturi li x’aktarx qed iħallu impatt negattiv fuq il-kitba bil-Malti. Isiru wkoll xi suġġerimenti prattiċi bl-għan li jiġu megħluba dawn id-diffikultajiet.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13405
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL023.pdf
  Restricted Access
4.82 MBAdobe PDFView/Open Request a copy
16BAMAL023 accompanying material.xlsx
  Restricted Access
160.41 kBMicrosoft Excel XMLView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.