Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13420
Title: Manwel Pace : l-għarfien ġdid ta’ poeta qadim
Authors: Frendo, Kyle
Keywords: Pace, Manwel, 1898-1975 -- Criticism and interpretation
Patriotic poetry, Maltese -- 20th century
Maltese language -- Versification
Issue Date: 2016
Abstract: Din it-teżi tippreżenta għall-ewwel darba x-xbieha ta’ poeta li għex bejn l-1898 u l- 1975 u li kiteb għadd sabiħ ta’ poeżiji dwar medda wiesgħa ta’ temi tipiċi tattradizzjoni poetiku ta’ żmienu. Manwel Pace għex ħajtu jikteb waqt li qatt ma ried li jkun magħruf f’ħajtu. Bosta mill-poeżiji tiegħu baqgħu ma ġewx ippubblikati minnu waqt li ftit minnhom biss ġew ippubblikati fir-rivisti u f’gazzetti ta’ żmienu taħt psewdominu, sewwa sew biex juri kemm fuq naħa ried jikteb il-poeżija, u min-naħa loħra ma ridtx ikun magħruf bħala poeta. Din il-qagħda ssib it-tifsira tagħha fin-natura tax-xogħol tiegħu stess. Qiegħed nipproponi li nikteb Teżi bl-isem ta’ Manwel Pace: L-Għarfien ġdid ta’ poeta qadim. Dan il-poeta sar magħruf għal ewwel darba ftit xhur ilu, F’Settembru 2015 u għalhekk għadu jrid jingħaraf u jiddaħħal fil-kwadru letterarju Malti ta’ żmienu, jiġifieri mill-ewwel nofs tas-seklu 20, sal-1975, is-sena meta miet. Ix-xogħol tiegħi għandu jibda’ b’bijografija dwaru, xogħol ġdid għal kollox li jista’ jinbena kemm fuq kull ma joħroġ mill-ġabra ta’ manuskritti tiegħu miżmumin mill-familja tiegħu, kemm mill-poeżiji nfushom, u kemm mit-tagħrif tal-familjari tiegħu li minkejja li huwa qatt ma ried jippubblikahom taħt ismu, baqgħu ma nqerdux. Manwel Pace jista’ jiġi studjat f’dan id-dawl : Poeta tal-istorja Maltija, mogħni b’kuxjenza soċjali, sħiħ fil-fidi reliġjuża tiegħu, leali lejn l-għeruq kemm familjari u kemm nazzjonali. It-tieni kapitlu se jkun jikkonsisti fi stħarriġ dettaljat ta’ dawn ix-xejriet tematiċi tiegħu u l-għan tiegħi hu li nuri kif huwa poeta tipiku ta’ żmienu. Ix-xejriet tematiċi l-aktar fundamentali għalih u li l-aktar ta importanza għalihom huma: it-tema patrijottika u t-tema Reliġjuża. L-aħħar taqsima tista’ tinkludi analiżi stilistika tal-poeżiji tiegħu b’mod speċjali l-istħarriġ tal-lingwaġġ figurattiv b’mod speċjali l-metafora li huwa juża tajjeb b’mod tipiku tallingwa ta’ żmienu. Fl-aħħar ta’ dan l-istudju wieħed għandu jsib l-Appendiċi li din se tkun tikkonsisti f’ritratti li juru avvenimenti minn ħajtu kif ukoll siltiet ta’ gazzetti li hu ssemma’ fihom tul iż-żmien. Aspett ewlieni ta’ dan kollu huwa l-għażla tiegħu li jikteb b’dak li fi żmienu kien magħruf bħala ‘Malti Safi’.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13420
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL012.pdf
  Restricted Access
3.33 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.