Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13435
Title: Il-ġens tan-nomi li jirreferu għal mara fi professjoni, xogħol jew kariga
Authors: Galdes, Joseph Charles
Keywords: Sexism in language
Maltese language -- Grammar
Maltese language -- Noun
Issue Date: 2016
Abstract: Din it-teżi hija mqassma f’sitt kapitli. L-ewwel kapitlu, jagħti introduzzjoni dwar dan l-istudju, l-għan għalfejn sar, kif ukoll jagħti idea kif inhuma mfasslin il-kapitli ta’ din it-teżi. It-tieni kapitlu, imbagħad, ilaqqa’ lill-qarrej ma’ diversi xogħlijiet li saru dwar il-ġens grammatikali kemm fil-lingwa Maltija kif ukoll f’lingwi oħra. It-tielet kapitlu jiffoka fuq il-metodoloġija. Dan il-kapitlu jispjega kif ġew magħżula l-metodi li ntużaw, jiġifieri l-kwestjonarju u l-intervista, l-għażla tal-kliem, l-għażla tal-parteċipanti, il-konsiderazzjonijiet etiċi, l-istudju pilota, l-affidabbiltà u l-validità tal-istudju u l-limitazzjonijiet ta’ kull metodu. Ir-raba’ kapitlu jinkludi fih ir-riżultati u l-analiżi taż-żewġ metodi; tal-kwestjonarju u tal-intervista. Il-ħames kapitlu jinkludi fih id-diskussjoni ta’ din it-teżi b’mod oġġettiv, billi dak li sar qabel u dak li ħareġ minn dan l-istudju jiġu magħġuna flimkien. Fil-konklużjoni, imbagħad, jitniżżlu l-konklużjonijiet li ħarġu minn dan l-istudju u x’jista’ jsir fil-futur qrib dwar dan is-suġġett. Fl-aħħar ta’ din it-teżi hemm mehmuż l-appendiċi li huwa mqassam fi tmien sezzjonijiet: 1. Appendiċi A juri l-approvazzjoni ta’ dan l-istudju mill-Faculty Research Ethics Committee (FREC) u mill-University Research Ethics Committee (UREC). 2. Appendiċi B jinkludi l-formola tal-kunsens li ngħatat lill-parteċipanti eleġibbli qabel ma ħadu sehem f’dan l-istudju. 3. Appendiċi Ċ juri l-qsim ġeografiku fuq il-mappa ta’ Malta. 4. F’Appendiċi D hemm il-kwestjonarju li tqassam lin-nies komuni. 5. F’Appendiċi E hemm il-mistoqsijiet li saru waqt l-intervista ma’ nisa fi professjoni jew kariga. 6. Appendiċi F jiġbor fih it-traskrizzjonijiet ortografiċi tal-intervisti li saru ma’ nisa fi professjoni jew kariga. 7. Appendiċi Ġ jinkludi r-riżultati kollha li ħarġu mill-SPSS, irranġati b’tali mod biex jinftiehmu aħjar mill-qarrejja. 8. Appendiċi G jinkludi l-preżentazzjoni grafika tan-nomi li ħarġu sinifikanti (p = < 0.05) mit-tabelli tal-SPSS.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13435
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL013.pdf
  Restricted Access
8.55 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.