Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13573
Title: Il-qwiel : mera tat-twemmin reliġjuż u tal-mentalità tas-sessi fis-soċjetà Maltija
Authors: Camilleri, Michaela
Keywords: Discourse analysis
Proverbs, Maltese -- History and criticism
Women -- Malta -- Quotations, maxims, etc.
Men -- Malta -- Quotations, maxims, etc.
Issue Date: 2016
Abstract: Il-qwiel huma wirt li għadda minn ġenerazzjoni għal oħra; għalhekk, huma xhieda tal-valuri, id-drawwiet, il-kulturi u l-mentalitajiet li kienu jsawru l-komunitajiet tal-imgħoddi. Jittrattaw diversi suġġetti iżda li lkoll tqiesu fundamentali biżżejjed għall-ħajja umana biex jiġu ppreservati. Fost is-suġġetti ta’ dan id-diskors mirut, it-twemmin reliġjuż tagħna u l-mentalità tas-sessi huma temi li jispikkaw. It-titlu ta’ din ir-riċerka, “Il-Qwiel: mera tat-twemmin reliġjuż u tal-mentalità tas-sessi fissoċjetà Maltija,” ġie magħżul għax il-funzjonijiet ta’ dawn il-proverbji huma simili għal dawk tal-mera: il-mera tirrifletti dak li hemm quddiemha filwaqt li l-qwiel huma rifless tassoċjetà; il-mera turi l-verità u ma tigdibx filwaqt li l-qwiel jitkellmu fuq sitwazzjonijiet, superstizzjonijiet u sterjotipi li għalkemm kultant huma esaġerati ħafna drabi jiżvelaw ilverità. Mhux kulħadd iħares lejn il-qwiel bl-istess mod. Xi wħud iqisuhom bħala pariri siewja, jew forom ta’ twissija, u japplikawhom fil-ħajja tagħhom. Oħrajn jikkunsidrawhom biss bħala inka fuq folja, wirt lingwistiku li jurina kif kienet il-ħajja fl-imgħoddi u l-kwalitajiet li jagħmluna Maltin. Wolfgang Mieder, fil-ktieb tiegħu Wise Words: essays on the Proverb, jgħid: “Proverbs, then, are ‘strategies for situations’; but they are strategies with authority, formulating some part of a society’s common sense, its values and way of doing things” (213). Il-qwiel m’għandhomx awturi speċifiċi, u b’hekk mhuma ta’ ħadd u fl-istess ħin huma ta’ kulħadd. Madankollu, mhux kulħadd iħoss li għandu jassoċja ruħu ma’ diskors anonimu, għaref kemm hu. Biex ma jħalli l-ebda effett negattiv b’dak li jingħad, l-individwu jista’ saħansitra jagħżel li ma jinkludix il-qwiel fid-diskors tiegħu.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13573
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL007.pdf
  Restricted Access
673.41 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.