Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/17391
Title: In-nomi verbali fil-Malti
Authors: Ellul, Leanne
Keywords: Maltese language -- Noun
Maltese language -- Verb
Maltese language -- Morphology
Issue Date: 2016
Abstract: In-nomi verbali kumplessi għax għandhom min-nomi u mill-verbi. F’din it-teżi nagħti deskrizzjoni morfoloġika sinkronika tan-nomi verbali fil-Malti. Nikkunsidra l-introflessivi trilitteri bħal bews u l-kwadrilitteri bħal tkaxkir kif ukoll il-konkatenattivi bħal ipparkjar. Biex nagħmel din l-analiżi kwantitattiva u kwalitattiva nistrieħ fuq evalwazzjoni mill-qrib ta’ korp ta’ nomi verbali miġbura mid-Dizzjunarju Malti-Ingliż ta’ Aquilina, stħarriġ ta’ familjarità mal-kelliema tal-Malti u eżempji mill-Korpus MLRS. Nistħarreġ għadd ta’ aspetti tipiċi tan-nomi verbali fosthom il-forom nominali, il-forom ibridi, in-nomi qraba, is-sekwenzi vokaliċi, il-ġens u l-għadd. Billi nidentifika aspetti komuni tan-nomi verbali abbażi ta’ dawn il-kriterji, niddifferenzja bejnhom u kategoriji grammatikali oħra. Hekk, niżen ukoll ir-relazzjoni tan-nomi verbali mal-verbi. Dawn il-kunsiderazzjonijiet jgħinuni nagħti titwila lejn il-valur lessikali tan-nomi verbali. Abbażi ta’ kriterji morfoloġiċi, imma anke sintattiċi u semantiċi, inqiegħed in-nomi verbali fuq skala: minn dawk li joqorbu laktar lejn in-nomi u jiġu intrepretati bħala riżultat konkret għal dawk li joqorbu l-aktar lejn il-verbi u jiġu interpretati bħala proċess.
Description: M.A.MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/17391
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16MAMAL002.pdf
  Restricted Access
9.84 MBAdobe PDFView/Open Request a copy
16MAMAL002 In-Nomi Verbali fil-Malti - ġabra.xlsx
  Restricted Access
1.56 MBMicrosoft Excel XMLView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.