Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/35419
Title: Bil-kelma t-tajba ... analizi tal-karti tat-tahdit bil-Malti fil-benchmark ta’ tmiem l-edukazzjoni primarja
Authors: Compton, Clarice
Keywords: Maltese language -- Ability testing
Maltese language -- Study and teaching (Primary) -- Evaluation
Communicative competence -- Evaluation
Oral examinations
Maltese language -- Examinations, questions, etc.
Issue Date: 2018
Citation: Compton, C. (2018). Bil-kelma t-tajba... analiżi tal-karti tat-taħdit bil-Malti fil-benchmark ta’ tmiem l-edukazzjoni primarja (Bachelor's dissertation)
Abstract: L-għan ta’ din ir-riċerka hu li tindirizza t-taħdit, waħda mill-ħiliet kruċjali għall-ħakma tal-lingwa Maltija li jiġu evalwati fl-eżami tal-Benchmark tal-Malti għas-sitt sena tal-primarja. L-oral ġie introdott fil-Benchmark tal-2011 peress li dan ma kienx jiġi assessjat qabel. Kien inħass il-bżonn li tiddaħħal karta tal-eżami li tiffoka speċifikament fuq it-taħdit biex teżamina kemm l-istudenti huma kapaċi jitkellmu b’mod spontanju, korrett u mexxej bil-Malti. Din ir-riċerka tistħarreġ żewġ elementi tal-karta tal-eżami tat-taħdit: it-tip ta’ eżerċizzji ppreżentati fl-eżami kif ukoll il-kriterji ta’ kif l-eżerċizzji jiġu assessjati. Din it-dissertazzjoni se timla vojt hekk kif issa għaddew seba’ sessjonijiet minn mindu daħlet din il-karta tal-eżami u issa l-għalliema għandhom aktar għarfien u esperjenza. L-Education Assessment Unit jipprovdi għadd ta’ dokumentazzjoni u ta’ statistika b’data fuq l-eżami tal-Benchmark. Għalhekk, ir-riċerkatriċi tibni fuq din id-dokumentazzjoni. L-orjentazzjoni ta’ din ir-riċerka hija kwalitattiva malimsieħba kkonċernati, li jinkludu xi għalliema-interlokaturi. Din ir-riċerka tinvestiga jekk il-karta tal-eżami tat-taħdit bil-Malti fil-Benchmark, hiex qed tilħaq l-għanijiet stipulati mill-Kurrikulu u mis-sillabu tal-Malti għall-Primarja, kif ukoll, x’implikazzjonijiet hemm għall-għalliema fejn jidħol it-trawwim u t-tagħlim tal-kisbiet tal-ħiliet orali bil-Malti li għandhom imorru lil hinn mill-iskop dejjaq tal-eżami tal-Benchmark.
Description: B.ED.(HONS)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/35419
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18BED027.pdf
  Restricted Access
2.55 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.