Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37573
Title: | L-ghodda u l-attività tal-biedja : il-varjazzjoni terminologika |
Authors: | Bugeja, Shanalise |
Keywords: | Maltese language -- Variation -- Malta Sociolinguistics -- Malta Agriculture -- Terminology |
Issue Date: | 2018 |
Citation: | Bugeja, S. (2018). L-ghodda u l-attività tal-biedja : il-varjazzjoni terminologika (Bachelor's dissertation). |
Abstract: | Għalkemm saru ħafna studji li jirrigwardaw l-agrikoltura f’pajjiżna, iddeċidejt li nwettaq l-istudju tiegħi f’dan l-isfond iżda b’mod kemxejn differenti. Ħafna mill-interess tal-istudjużi ta’ qabli li għamlu teżijiet simili għal din kien ibbażat fuq l-għodod li jużaw il-bdiewa ta’ pajjiżna u fid-differenzi ta’ kif dawn jirreferu għalihom. Għalkemm dawn huma studji simili ħafna, fir-riċerka tiegħi għażilt li niffoka l-iżjed fuq il-proċessi u l-attivitajiet li jwettaq il-bidwi waqt li jkun qiegħed fl-għalqa. Ħassejt li meta persuna tkun qiegħda tirrakkonta u tfiehem fit-tul, hawn kapaċi joħorġu iżjed termini differenti li dawn il-bdiewa jużaw fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom. Bid-differenza ta’ meta wieħed jgħid kelma waħda biex jiddeskrivi stampa partikolari u meta wieħed jifforma sentenzi sħaħ u jipprova jispjega lil dak li jkun qiegħed jisimgħu, hemmhekk toħroġ iżjed l-imħabba lejn dan il-mistier u l-bidwi b’hekk joħroġ dak li għandu jgħid iżjed bil-qalb. Ħafna teżijiet soċjolingwistiċi jsiru billi l-istudjuż juri stampa tal-oġġett li jkun irid jissemma’ u l-parteċipant iwieġeb bir-risposta ta’ x’qiegħed jara f’dik l-istampa partikolari. Jien għażilt li nagħmel din it-taqsima tal-istudju b’mod differenti fejn minflok urejt stampi statiċi, iddeċidejt li nuri lill-parteċipanti għadd ta’ filmati qosra fejn jaraw bdiewa bħalhom iwettqu l-attivitajiet tal-biedja. Meta wrejt il-filmati staqsejt lill-informant mistoqsijiet bażiċi bħal ‘X’qiegħed jiġri hawn?’ jew ‘Dak il-bidwi x’għandu f’idu?’ biex b’hekk ma ninfluwenzahx b’termini li nuża jien fil-mistoqsijiet tiegħi u ma jirrepetix warajja. Permezz tal-filmati, wieħed ikollu ċans li jaqbad sew x’inhu jiġri f’dak li qiegħed jintwera u jispjega iżjed fid-dettall dak li jkun qiegħed isegwi u ħafna drabi jagħti informazzjoni x’jista’ jiġri qabel kif ukoll wara. B’hekk permezz tal-filmati, wieħed mhux biss iwieġeb x’għodda qiegħed juża l-bidwi iżda wkoll il-proċess li qiegħed isir fil-filmat b’użu ta’ verbi u termini li jużaw il-bdiewa parteċipanti. Permezz ta’ dan il-metodu hemm ċans li niġbor terminoloġija li nistenna li qatt ma ġiet irrekordjata fl-istudji simili li saru qabel tiegħi. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37573 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2018 Dissertations - FacArtMal - 2018 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
18BAMAL004.pdf Restricted Access | 1.61 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.