Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37574
Title: Il-plural shih : il- plural miksur : min jghid xiex?
Authors: Bugeja, Kimberly Marie
Keywords: Sociolinguistics -- Malta
Maltese language -- Variation -- Malta
Maltese language -- Number
Issue Date: 2018
Citation: Bugeja, K.M. (2018). Il-plural shih : il- plural miksur : min jghid xiex? (Bachelor's dissertation).
Abstract: Din it-teżina tiftaħ b’kapitlu li jagħti ħarsa introduttorja lejn il-lingwa u s-soċjolingwistika. F’din it-taqsima hemm parti fuq il-varjabbli soċjolingwistiċi li huma kruċjali għal kull studjuż li jagħżel li jistudja xi qasam soċjolingwistiku. Fl-aħħar parti tal-ħarsa kritika niddiskuti l-plural fl-ilsien Malti, fejn insemmi kif ifforma u kif jinqasam f’kategoriji differenti. Hawn ninkludi bosta eżempji u nirreferi għal xi xogħlijiet preċedenti. Il-kapitlu ta’ wara jixħet dawl fuq kif jien ġbart id-data mingħand l-informanti. Għalhekk, fih niddiskuti l-metodoloġija li użajt sabiex dan l-istudju seta’ jsir. Niftaħ il-kapitlu billi nistħarreġ xi tfisser il-metodoloġija u minn fejn bdiet. Imbagħad nidħol fid-dettall dwar kull deċiżjoni u għażla li għamilt. Fost dawn l-għażliet niddiskuti l-għażla tal-parteċipanti, tal-lokalitajiet u anke tal-kliem magħżul għall-kwestjonarju. Nuri wkoll kif qist l-etika meta għamilt il-kwestjonarji u affrontajt lill-informanti. Apparti dan kollu, nispjega bir-reqqa kif ġbart l-informazzjoni u ngħarbel sew l-għodda li użajt biex ġbart id-data - il-kwestjonarju. Hawn nelabora b’deskrizzjoni ta’ kif fassalt il-kwestjonarju. Barra minn hekkk, nagħti linji gwida li għamilt użu minnhom biex nilħaq il-validità u l-affidabilità fir-riċerka tiegħi. Nagħti wkoll stampa ċara tal-istudju pilota li għamilt qabel l-istudju attwali, biex niddetermina xi nuqqasijiet li seta’ kelli. Nispjega kif immodifikajt dawn id-difetti ċkejknin u kif qgħadt iżjed attenta fl-istudju attwali. Fl-aħħar nett, nagħlaq billi nsemmi d-diffikultajiet u l-limitazzjonijiet li ltqajt magħhom matul dan l-istudju. Il-kapitlu li jsegwi, jittratta l-analiżi li ħriġt mill-informazzjoni li ksibt mingħand l-informanti u huwa hawnhekk fejn nuri d-diversità fit-tħaddim ta’ dan il-fenomenu lingwistiku. Wara li fassalt il-kwestjonarju u qassamtu lill-informanti, kien imiss li ndaħħal kollox fil-programm SPSS. Dwar dan il-proċess nagħti deskrizzjoni aħjar fil-kapitlu inkwistjoni. Wara li daħħalt id-data kollha fil-programm, stajt nibda nanalizza r-riżultati ġenerali bil-kwiet, fejn qabbilt varjabbli ma’ oħrajn. F’dan il-kapitlu inkludejt ukoll ir-riżultati attwali li rnexxieli niġbor f’din it-teżina. Fl-aħħar kapitlu noffri diskussjoni b’għadd ta’ raġunijiet li jistgħu jispjegaw dan il-fenomenu lingwistiku f’referenza partikolari għall-varjabbli soċjolingwistiċi li semmejt fil-kapitli ta’ qabel biex nipprova nifhem u niskopri kif u għala stajt wasalt għal dawk ir-riżultati. Nagħlaq billi nsemmi xi konklużjonijiet li ħarġu mill-istudju tiegħi. Fl-aħħar u mhux l-inqas nagħti wkoll xi suġġerimenti lill-istudenti futuri, li għandhom għal qalbhom l-ilsien tant prestiġjuż tagħna, u li beħsibhom jagħmlu xi studju f’dan il-qasam. Il-kontribut tiegħi f’dan il-qasam kien wieħed żgħir ħafna u xogħlijiet qabli fuq dan il-qasam m’hemmx bosta. Għalhekk hemm diversi direzzjonijiet li dan is-suġġett jista’ jimraħ fihom. Fl-aħħar ta’ din it-teżina hemm mehmuż l-appendiċi li huwa mqassam f’ħames sezzjonijiet.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37574
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2018
Dissertations - FacArtMal - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18BAMAL003 .pdf
  Restricted Access
1.52 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.