Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37746
Title: It-teatrin ta’ Kalcidon Agius
Authors: Pullicino, Matteo
Keywords: Agius, Kalcidon, 1917-2006 -- Criticism and interpretation
Maltese drama -- 20th century
Issue Date: 2018
Citation: Pullicino, M. (2018). It-teatrin ta’ Kalcidon Agius (Bachelor's dissertation).
Abstract: L-ewwel kapitlu, “Il-Bijografija ta’ Kalċidon Agius,” jintroduċi lill-qarrej ma’ Agius. Mit-twelid sal-mewt ta’ din il-personalità, il-kapitlu jfittex li jagħti rendikont tal-avvenimenti ċentrali ta’ ħajjitha, flimkien ma' mumenti oħrajn li jgħinu joħorġu l-karattru tagħha. It-tieni kapitlu, “It-Teatrin f’Malta fis-Seklu Għoxrin,” huwa maqsum fi tliet partijiet. L-ewwel parti tagħti ħarsa ġenerali lejn it-teatrin f’Malta fis-seklu għoxrin, filwaqt li t-tieni parti tiffoka fuq l-istorja tat-teatrin fin-Naxxar, raħal twelid Agius. It-tielet parti ta’ dan il-kapitlu titlaq mill-bidu tal-vjaġġ tiegħu fl-arti filodrammatika, li l-ewwel kapitlu jagħti biss daqqa t’għajn ħafifa lejh, u timla lakuni żgħar fit-tieni parti b’ħarsa lejn il-bqija tal-mixja tat-teatrin tal-awtur tul is-snin. “Il-Kontribut teatrali ta’ Kalċidon Agius,” it-tielet kapitlu, huwa parti mill-qalba ta’ din it-teżina. Hawnhekk, jiġu analizzati ħafna mill-kummiedji, fares, drammi, bozzetti, operetti u vaudevilles, kif ukoll tingħata titwila lejn skeċis, makkjetti u dwetti, kollha xogħol Agius. Il-kapitlu joħroġ tendenzi, xejriet simili u kuntrastanti bejn ix-xogħlijiet, u temi rikorrenti, bil-punt fokali fuq is-Soċjaliżmu f’dawn il-kitbiet. Uħud mit-testi ġew analizzati b’aktar profondità minn oħrajn jew għax huma eżempju tal-elementi rikorrenti li jidhru f’xogħlijiet oħrajn, inkella għax jagħmlu kummentarju soċjali. Ir-raba’ kapitlu, “It-Teledrammi ta’ Kalċidon,” huwa l-parti l-oħra tal-qalba tat-teżina. Il-kapitlu jagħti ħarsa ħafifa lejn il-bidu tar-radjudramm u t-teledramm f’Malta, imbagħad jiffoka fuq it-teledrammi tal-protagonista-awtur ta’ din it-teżina. L-ewwel ħriġt xejriet ġenerali bejn ix-xogħlijiet imbagħad analizzajthom individwalment kif ukoll tajt ħarsa lejn ir-rispons tal-pubbliku minn artikli fil-ġurnali sa korrispondenzi. Ma ddiskutejtx ir-radjudrammi minn ta’ Kalċidon Agius għaliex il-ftit manuskritti li huma għar-radju huma l-istess xogħlijiet tat-teatrin. “Il-Konklużjoni” tagħlaq it-teżina b’evalwazzjoni qasira tal-kontribut ta’ Agius lill-kultura popolari.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37746
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2018
Dissertations - FacArtMal - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18BAMAL019.pdf
  Restricted Access
1.52 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.