Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37841| Title: | Il-kompilazzjoni ta’ tezawru tematiku Malti dwar in-natura tal-bniedem u r-relazzjonijiet socjali tieghu |
| Authors: | Ellul, Dwayne |
| Keywords: | Maltese language -- Glossaries, vocabularies, etc. Maltese language -- Lexicography |
| Issue Date: | 2018 |
| Citation: | Ellul, D. (2018). Il-kompilazzjoni ta’ tezawru tematiku Malti dwar in-natura tal-bniedem u r-relazzjonijiet socjali tieghu (Master's dissertation). |
| Abstract: | Il-qari preparatorju li wassalni biex nibda ndomm it-teżawru propost kien marbut l-aktar ma’ tliet oqsma: il-lessiku, ġabriet ta’ xeħta lessikografika, kif ukoll it-teorija u l-prassi tal-lessikografija. Kelli ntellaq dan l-istudju b’dan il-mod minħabba li, sa issa, lokalment ma sarux xogħlijiet li jmissu b’mod dirett mal-lessikografija kontemporanja u għalhekk ersaqt lejn dan il-qasam billi xrobt mit-tliet għejun tal-letteratura li nkitbet dwar is-suġġetti msemmija hawn fuq. Għalhekk, biex nifli dak kollu li hu relatat b’xi mod mal-qasam tal-lessikografija, kelli ngħarbel sew ix-xogħlijiet ta’ xeħta lessikografika li jqarrbu lejn l-idea ta’ teżawru jew li jiġbru l-vokabolarju tematikament u hekk ikolli idea aħjar ta’ ’l fejn irrid nasal f’din it-teżi. Għaldaqstant, f’kapitlu 2 nagħti ħarsa l-aktar lejn teżijiet li, għalkemm b’perspettivi differenti, ilkoll għandhom il-lessiku fil-qalba tagħhom. It-tielet kapitlu hu xi ftit jew wisq tekniku għaliex fih nagħti ħarsa lejn it-teoriji tal-lessikografija jew in-nuqqas tagħhom. Dawn, imbagħad, nużahom biex permezz tagħhom nistabbilixxi l-kriterji li bihom nevalwa xogħlijiet lessikografiċi kemm stampati u kemm online: ħaġa li tgħinni mhux biss napprezza l-preġji u nosserva n-nuqqasijiet f’xogħlijiet oħra imma wkoll serviet biex nissettja ċerti livelli li xtaqt li jintlaħqu fit-teżawru midmum minni. F’kapitlu 4 nagħti ħarsa lejn l-akbar żewġ tradizzjonijiet fejn jidħol it-tqassim tal-materjal lessikografiku: it-tradizzjoni alfabetika u dik tematika. Għalhekk filwaqt li niġbor fil-qosor il-letteratura dwar l-iżvilupp storiku ta’ dawn iż-żewġ tradizzjonijiet, nosserva wkoll il-vantaġġi u l-iżvantaġġi li toffri kull tradizzjoni fid-dawl tal-letteratura dwar dan is-suġġett. Fil-ħames kapitlu niddiskuti l-għażliet prinċipali li fuqhom hi msejsa l-ġabra tematika tiegħi. Dan nagħmlu kemm biex nirfed b’raġuni jew raġunijiet kull deċiżjoni ewlenija li ħadt u kemm biex fl-eventwalità li jkun hemm min jixtieq jaqbad l-istess linja ta’ studju, ikollu stampa aktar ċara tal-perkors kollu li segwejt. Għalhekk se niddiskuti b’liema mod għażilt is-sitt temi, kif ġbart il-kliem ewlieni (headwords) u liema funzjonijiet għażilt li nutilizza minn software differenti biex iħaffuli x-xogħol kemm jista’ jkun. Kapitlu 6 huwa l-qofol ta’ dan ix-xogħol: it-teżawru tematiku li għandu jgħin lil kull min jinteressah isaħħaħ il-vokabolarju tiegħu. |
| Description: | M.A.MALTESE |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37841 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2018 Dissertations - FacArtMal - 2018 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 18MAMAL003.pdf Restricted Access | 4.11 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
