Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37847| Title: | Il-poeti minuri f’’Il-Habib’ : analizi tematika |
| Authors: | Schembri, Kristy |
| Keywords: | Habib Maltese poetry -- 20th century Religion and poetry -- Malta |
| Issue Date: | 2018 |
| Citation: | Schembri, K. (2018). Il-poeti minuri f’’Il-Habib’ : analizi tematika (Bachelor's dissertation). |
| Abstract: | Għodwa waħda tal-1912, Mons. Pawl Galea flimkien ma’ Ġużè Muscat Azzopardi ħarġu bl-idea li jagħtu bidu għal perjodiku bil-Malti bl-isem ta’ Il-Ħabib. Il-ħsieb wara din l-idea kien li ż-żgħażagħ ikollhom materjal li jiggwidahom lejn edukazzjoni morali u anki li jservi bħala inizjattiva għall-iżvilupp tal-letteratura Maltija. Għalhekk il-motiv prinċipali kien ta’ natura reliġjuża u soċjali u ‘l bogħod kemm jista’ jkun mill-kamp politiku. Stiednu lil Dun Karm, ħabib tiegħi mill-qodma, biex jikteb għall-ewwel darba poeżija bil-lingwa materna tiegħu. Ispirat minn xbiha tal-Madonna fl-appartament tiegħu, Dun Karm fassal il-poeżija ‘Quddiem Xbiha tal-Madonna’, poeżija li dehret għall-ewwel darba fil-11 ta’ Jannar 1912, fl-ewwel edizzjoni ta’ dan il-ġurnal. (Friggieri, Dun Karm Il-Bniedem fil-Poeta 45-46) Dan kien il-punt tat-tluq għal sittax-il sena ta’ pubblikazzjonijiet letterarji, kemm minn poeti prominenti kif ukoll minn poeti minuri. Jispikka l-element qawwi ta’ għaqda li nissel dan il-ġurnal bejn diversi awturi u ġurnalisti, li ħadmu bis-sħiħ biex il-Malti jkun miktub b’mod korrett u b’hekk seta’ jibbenefika l-poplu inġenerali. |
| Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37847 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2018 Dissertations - FacArtMal - 2018 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 18BAMAL023.pdf Restricted Access | 12.37 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
