Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37851| Title: | Il-haga mohgaga : analizi lingwistika |
| Authors: | Saliba, Michela |
| Keywords: | Maltese wit and humor Riddles, Maltese -- Malta Oral tradition -- Malta Plays on words -- Malta |
| Issue Date: | 2018 |
| Citation: | Saliba, M. (2018). Il-haga mohgaga : analizi lingwistika (Bachelor's dissertation). |
| Abstract: | Din it-teżina hi maqsuma fi tliet partijiet ewlenin. Fl-ewwel kapitlu nagħti deskrizzjoni ġenerali tal-logħob bil-kliem, peress li l-ħaġa moħġaġa hi essenzjalment logħba lingwistika. Wara li niddiskuti modi differenti kif nilagħbu bil-kliem fil-Malti, nagħti definizzjoni tal-ħaġa moħġaġa u niġbor xi nkiteb dwarha minn studjużi Maltin u barranin. Fit-tieni kapitlu nippreżenta ġabra ta' madwar 100 ħaġa moħġaġa, uħud bil-varjanti tagħhom, ikklassifikati skont it-temi li jittrattaw. Il-ħwejjeġ moħġaġa ġbarthom minn madwar 100 ruħ minn 24 lokalità ma' Malta u Għawdex. Qabel il-ġabra niddeskrivi l-metodoloġija, jiġifieri t-tfassil tal-kwestjonarju, l-istudju pilota u xi diffikultajiet li ltqajt magħhom. Fit-tielet kapitlu, abbażi tal-ġabra tiegħi u ta' ġabriet oħrajn bħal ta' Cassar Pullicino, nanalizza l-karatteristiċi ewlenin tal-ħaġa moħġaġa Maltija. L-analiżi tinqasam f’ erbgħa. Fl-ewwel parti nittratta l-għamla tal-ħaġa moħġaġa; it-tip ta' versi, ir-rima u elementi oħrajn. It-tieni parti hija dwar it-temi li nsibu ta’ spiss bħall-partijiet tal-ġisem, l-oġġetti tad-dar, ir-relazzjonijet mal-familja, l-annimali u l-insetti u ħafna oħrajn. Fit-tielet parti hemm element komparattiv bejn il-ħwejjeġ moħġaġa tradizzjonali u dawk moderni, imbagħad insibu xebh bejn dawk Maltin ma’ dawk li huma barranin. Fl-aħħar parti nuri kif taħdem il-ħaġa moħġaġa billi nistħarreġ il-mekkaniżmi ewlenin li jsawruha, bħall-metafora, is-sineddoke, l-antiteżi u oħrajn. |
| Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37851 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2018 Dissertations - FacArtMal - 2018 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 18BAMAL022.pdf Restricted Access | 1.46 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
