Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37892
Title: Il-kelma Maltija ta’ Eddie Fenech Adami
Authors: Ellul, James Aaron
Keywords: Discourse analysis -- Political aspects -- Malta
Speeches, addresses, etc., Maltese -- Malta
Maltese language -- Rhetoric
Fenech-Adami, Edward -- Oratory
Issue Date: 2018
Citation: Ellul, J. A. (2018). Il-kelma Maltija ta’ Eddie Fenech Adami (Bachelor's dissertation).
Abstract: It-testi ta' din it-teżi huma d-diskorsi ta' Eddie Fenech Adami. Permezz ta' dawn id-diskorsi Fenech Adami bena statura politika ġdida. Huwa għandu profil ta‟ politiku magħruf għall-mod kif iwassal il-kelma. Uħud minn dawn id-diskorsi huma disponibbli b'filmati fuq s-sit elettroniku ta' Fenech Adami. Dawn kienu t'għajnuna kbira biex insegwi aħjar it-testi. Diskorsi oħra sibthom fil-kotba ta' diskorsi ta' Eddie Fenech Adami bl-isem Nagħtik Kelmti Diskorsi ta' Eddie Fenech Adami. Ieħor partikolari, dak l-aktar riċenti, sibtu fuq sit elettroniku tal-Gvern. Niġbed l-attenzjoni fuq il-fatt li d-diskorsi huma mdawra f‟perjodi ta‟ kontroversja, dawk tmenin f'perijodu ta' vjolenza. Il-kelliem hawn ried ikun persważiv fil-kliem li juża, li jagħti t-tama fost bosta emozzjonijiet oħrajn permezz tal-orazzjoni. Episodji li kienu mgħaġġlin u li qanqlu rabja u inċertezza, madankollu Fenech Adami fid-diskors tiegħu kien dejjem ta' dik il-fiduċja lill-poplu. “Il-PN lest li jilqa' fi ħdanu lil-Laburisti b'dejh miftuħa”. Dan kien il-messaġġ profond biex jgħaqqad nazzjon taħt kappa ġusta. Dan kien il-qofol tad-diskors fil-Mosta, waqt meeting li sar il-Ħadd 8 ta‟ Novembru 1981. Diskors li sar ftit qabel l-elezzjoni tal-1981. Insegwu element ta' tama fil-kelma użata, li l-pajjiż jista' jkun aħjar, fejn Fenech Adami stess jistqarr dan kollu fi Pjazza San Publju magħrufa bħala l-Fosos tal-Furjana nhar il-Ġimgħa 11 ta' Ġunju, 1982. “Din hi siegħa tagħna. Din hi siegħa tal-Maltin”, huwa f‟dan id-diskors iħares lejn l-istorja biex joħroġ il-messaġġ, iżda jħares ukoll b'viżjoni lejn il-ġejjien ta' Malta. Din it-teżi se tiffoka fuq il-kelma; l-orazzjoni, u l-figuri tat-taħdit fost l-oħrajn, li tħaddmu mill-politiku. Analiżi u kritika fejn permezz tar-rettorika u l-letteratura, il-messaġġ jasal bl-aktar mod effettiv. Insegwu kuntesti prattiċi li jmorru lil hinn min-norma, f‟qasam politiku ta' nazzjon.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37892
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2018
Dissertations - FacArtMal - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18BAMAL010.pdf
  Restricted Access
1.46 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.