Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37900
Title: ‘Trojan’ u r-rumanz Malti
Authors: Portelli, Clayton
Keywords: Vella Gera, Alex, 1973-. Trojan -- Criticism and interpretation
Time in literature
Experimental fiction, Maltese
Issue Date: 2018
Citation: Portelli, C. (2018). ‘Trojan’ u r-rumanz Malti (Bachelor's dissertation).
Abstract: Trojan inkiteb fost raġunijiet oħrajn biex jagħti tweġiba lill-kritiċi ta’ Alex Vella Gera, b’mod partikolari l-kritiċi ħarxa li rmew kitbietu fi żmien il-kwistjoni tan-novella “Li Tkisser Sewwi” li qajmet kontroversja fl-2009 minħabba l-lingwaġġ sesswali u espliċitu li għandha. Il-kwistjoni kibret meta Vella Gera u l-editur tal-gazzetta studenteska “Ir-Realtà” Mark Camilleri tressqu l-Qorti fuq akkużi ta’ ksur tal-liġi dwar l-oxxenità. Il-fatt li kien hemm il-possibilità li huma jeħlu sentenza ta’ ħabs huwa xokkanti, u għalkemm il-kawża rebħuha, Vella Gera xorta ħass li r-rumanz ġdid tiegħu kellu jkun il-mod kif jiddefendi lilu nnifsu b’mod sottili u fl-istess ħin juri lill-kritiċi tiegħu li l-kitba tiegħu għandha valur letterarju u huwa midħla tat-tradizzjoni letterarja Maltija. Peress li l-kwistjoni hi kruċjali għall-interpretazzjoni ta’ Trojan, iddeċidejt li nikteb kapitlu sħiħ dwar kif din żviluppat, xi ntqal dwarha u kif eventwalment wasslet għal riformi fil-liġijiet Maltin u għal ftuħ ta’ aktar bibien għall-espressjoni tal-artisti. Il-kontroversja, li damet aktar żmien milli mistenni sakemm intemmet l-inkjesta maġisterjali (2009-2012), hija interessanti ħafna. Għalhekk, parti mit-teżina tiegħi tikkonċerna d-diskussjonijiet dwar x’inhi l-arti u x’inhuma l-limiti tal-artisti fid-dinja tal-lum. Ħassejt li ħafna mill-kritika li qala Alex Vella Gera ma kinitx mistħoqqa, għaliex ħafna minn dawk li malajr insinwaw li l-kitba tiegħu lanqas biss għandha titqies bħala letteratura wrew li ma għandhomx għarfien wiesa’ biżżejjed tal-kapaċitajiet letterarji tal-awtur. F’kapitlu ieħor nanalizza l-mod kif Trojan jinbena fuq l-anakronija, għaliex il-ġrajjiet ma jiġux irrakkontati skont l-ordni kronoloġiku tal-istorja. Fit-taqsima “Anakronija mingħajr anarkija” nesplora l-użu tan-narrazzjoni anakronika f’xogħlijiet oħrajn, il-maġġoranza tagħhom barranin, qabel ma ndur lejn kif tintuża din it-teknika fir-rumanz ta’ Vella Gera. L-għan tiegħi f’din it-taqsima hu li nagħraf kif l-awtur jesperimenta bin-nisġa u r-rakkont ta’ Trojan b’mod li ma tantx jidher fil-letteratura Maltija, u jagħmel dan mingħajr ma jiddiżorjenta għalkollox lill-qarrejja jew jikkomprometti l-kwalità tax-xogħol.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37900
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2018
Dissertations - FacArtMal - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18BAMAL018.pdf
  Restricted Access
1.15 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.