Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37903
Title: Francesco Caruana u l-hidma letterarja tieghu
Authors: Magro, Abigail
Keywords: Romanticism -- Malta
Fables, Maltese -- Malta
Issue Date: 2018
Citation: Magro, A. (2018). Francesco Caruana u l-hidma letterarja tieghu (Bachelor's dissertation).
Abstract: L-ewwel kapitlu jistħarreġ il-ġeneri li Francesco Caruana ttratta, fosthom il-ballata, il-leġġendi u l-għana tal-fatt. Se nitkellem dwar ir-romantiċiżmu, il-perjodu li fih Caruana kiteb, anki fuq ir-rumanz Malti: ir-rumanz tal-faxxikli, ir-rumanz gotiku, ir-rumanz popolari u n-narrattiva storika. L-għan huwa li niddiskuti wħud minn dawn il-ġeneri, sabiex ikolli bażi soda biex inkun nista’ noħroġ is-similaritajiet u l-kuntrasti. Barra minn hekk, se tingħata importanza lill-istil li bih kiteb il-poeta Caruana. Fil-kapitlu ta’ wara, nislet bosta karatteristiċi komuni, u kuntrastanti, mill-figura femminili ta’ Caruana, il-mitoloġija Griega, il-Bibbja, ir-rumanzi Malti u d-drammi ta’ Shakespeare. L-għan ta’ dan il-kapitlu hu li nikkompara l-figura tal-mara f’ġeneri u żminijiet differenti. Fit-tielet kapitlu se niddiskuti elementi prinċipali fix-xogħlijiet ta’ Francesco Caruana, li huma l-qtil, il-mewt u l-imħabba. Se neżamina diversi relazzjonijiet fil-poeżiji ta’ Caruana, bejn l-aħwa, il-ħbieb u l-maħbubin. Tiġi diskussa t-terminoloġija tal-fallaċja patetika fil-poeżija ta’ Anton Buttigieg, u se nikkompara wkoll il-kitba ta’ Caruana mal-poeżija ta’ Giacomo Leopardi. Barra minn hekk, se nosserva kif jitħaddem il-motiv tal-adulterju fil-versi ta’ Francesco Caruana. F’dan il-kapitlu se nistħarreġ l-istqarrija tal-espert kriminoloġiku Edward Attard u se noħroġ is-similaritajiet u l-kuntrasti mal-verżjonijiet ta’ Caruana. L-għan ta’ dan il-kapitlu hu li nenfasizza l-elementi prinċipali u noħroġ l-effetti li jispikkaw l-aktar u huma simili għall-fatti reali fil-poeżiji ta’ Caruana. Fl-aħħar kapitlu se tingħata importanza lill-intertestwalità fix-xogħlijiet ta’ Caruana. Il-poeżija ta’ ‘Ġuanna d’Ark’ se tiġi pparagunata mad-dramm ta’ Bernard Shaw filwaqt li l-poeżija ‘Il-Qattiel ta’ missieru’ se nqabbilha mal-pubblikazzjoni tas-seklu dsatax ta’ Adriano Salani. Se niddiskuti wkoll il-poeżija li titkellem fuq ix-xorti għaliex din il-poeżija ma daħlet fl-ebda kapitlu u għalhekk ħassejt li kelli nittrattaha f’sezzjoni għaliha. L-għan ta’ dan il-kapitlu hu li noħroġ termini jew elementi li fil-kapitli ta’ qabel kienu jidhru irrelevanti.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37903
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2018
Dissertations - FacArtMal - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18BAMAL014.pdf
  Restricted Access
29.12 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.