Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37904
Title: Il-lirika tal-festival ‘L-Ghanja tal-Poplu’ bhala mera tal-bidliet socjali 1973 – 2017
Authors: Said, Monica
Keywords: Folk music -- Malta
Ghana (Malta)
Ghanja tal-Poplu (Festival)
Lyric writing (Popular music)
Music -- Social aspects -- Malta
Issue Date: 2018
Citation: Said, M. (2018). Il-lirika tal-festival ‘L-Ghanja tal-Poplu’ bhala mera tal-bidliet socjali 1973 – 2017 (Bachelor's dissertation).
Abstract: L-ewwel kapitlu ser jitkellem fuq il-kanzunetta Maltija inġenerali mill-isfond storiku. Ħa nibda billi nieħu l-isfond tal-għana Malti flimkien maż-żmien tas-sittinijiet u l-influwenzi barranin li affettwaw jew iffurmaw il-kanzunetta. Minn hemm ser nitkellem fuq il-kanzunetta tal-bidu: il-makkjetta, u l-kanzunetti ta’ mħabba u folkloristiċi. Fl-aħħar ser nittratta l-kanzunetta impenjata u nfisser il-mod ta’ kif din mill-bidu tagħha kellha l-iskop li tintrabat mar-realtà ta’ madwarha u tagħti l-importanza kbira lil-lirika tagħha. It-tieni kapitlu jittratta direttament il-festival L-Għanja tal-Poplu. L-ewwel nett ser nitkellem fuq il-bidu tal-festival, meta kien imsejjaħ ‘Festival Folk’ u kien isir bejn il-membri tal-għaqda tal-Youth Travel Circle (YTC) biss. Minn hemm ħa ndur għall-festival meta bidel ismu u beda jiġi organizzat fuq skala nazzjonali mill-1987 sal-2017. Ser insemmi wkoll it-temi ewlenin matul is-snin, kif ukoll il-bidu tal-fenomenu tal-kantawturi. Min-natura stess tal-festival, ma jistax jonqos li l-bidliet u l-ġrajjiet lokali u dinjin ikunu riflessi fil-lirika tal-kanzunetti tal-festival. Fit-tielet kapitlu ħa nagħti ħarsa dettaljata lejn il-ġrajjiet u l-iżviluppi li seħħew fostna mill-bidu tal-festival sal-aħħar. Ħa nara x’impatti u bidliet kien hawn fis-soċjetà, l-aktar f’oqsma importanti bħalma huma l-edukazzjoni u l-konsiderazzjoni tal-minoranzi. Ser insemmi wkoll ġrajjiet importanti dinjin u lokali li seħħew matul is-snin u li wieħed seta’ jistenna li jkunu rappreżentati f’festival li nħoloq biex ikun sewwasew “L-Għanja tal-Poplu”. Ir-raba’ kapitlu huwa l-bażi tar-riċerka tiegħi u ser jinqasam f’żewġ taqsimiet, l-ewwel taqsima ser tkun fuq ġrajjiet lokali u dinjin, filwaqt li t-tieni taqsima ser tkun fuq tradizzjonijet u snajja’ Maltin. Fl-ewwel taqsima ser nistħarreġ kemm il-lirika tal-kanzunetti kienet qed issemmi u tinterpreta l-ġrajjiet li jkunu qed iseħħu f’pajjiżna, filwaqt li nosserva wkoll xi avvenimenti li kienu ta' importanza u ma ssemmew fl-ebda kanzunetta. Fit-tieni taqsima ser nixħet ħarsti fuq il-kanzunetti tal-festival li jsemmu aspetti tradizzjonali Maltin u nispjega x’inhi eżatt din it-tradizzjoni. L-aħħar kapitlu huwa meħud iżjed minn lenti personali, u fih ser ngħaddi kummenti fuq ir-riżultati tar-riċerka tiegħi. F’dan il-kapitlu qisni ser ngħaddi lill-festival minn ġuri u mill-informazzjoni kollha li ksibt ħa nara fil-verità kienx tassew mera tas-soċjetà jew le.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37904
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2018
Dissertations - FacArtMal - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18BAMAL020.pdf
  Restricted Access
1.36 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.