Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37907
Title: Processi u attitudnijiet differenti lejn ir-riformi ortografici
Authors: Magro, Bernice
Keywords: Maltese language -- Orthography and spelling
Maltese language -- Malta -- Pronunciation
Language policy -- Malta
Issue Date: 2018
Citation: Magro, B. (2018). Processi u attitudnijiet differenti lejn ir-riformi ortografici (Bachelor's dissertation).
Abstract: Fl-ewwel kapitlu ser inkun qed nagħti ħarsa ġenerali lejn xi tfisser il-kelma ‘ortografija’, ir-riformi li huma ta’ ħtieġa biex l-ortografija tiġi aġġornata, l-aġenti li huma responsabbli għal dawn ir-riformi, u kif wieħed jirreaġixxi għal kwalunkwe tip ta’ riforma. Dawn l-aspetti jikkonfermaw l-importanza li r-riformi tal-ortografija nqisuhom bħala parti minn studju soċjolingwistiku u dan ikompli jissaħħaħ permezz tat-taqsima li tittratta l-bilingwiżmu u l-effetti tiegħu fl-iżvilupp ortografiku bikri. Forsi l-iktar punt li għandu jingħata importanza f’riformi bħal dawn huwa li, minkejja li mhux kulħadd ser jaqbel ma’ dak li jiġi deċiż, l-importanti li tkun ittieħdet l-iktar deċiżjoni vijabbli u li kulħadd jingħata r-raġunijiet ta’ għażla fuq oħra. Fit-tieni kapitlu ser nittratta r-riformi ortografiċi fi tliet lingwi partikolari, il-Portugiż, il-Ġermaniż, u l-Olandiż. L-għażla ta’ dawn it-tliet lingwi saret minħabba li huma lingwi li għaddew minn diversi riformi ortografiċi u għalhekk jidhru d-diversi aspetti li jiġu diskussi fl-ewwel kapitlu. Hawnhekk ser inkun qed niddiskuti x’wassal lil dawk li jieħdu ħsieb il-lingwa biex jiddeċiedu li jkun hemm bżonn riforma, id-diskussjoni u l-proċess ta’ implimentazzjoni, u essenzjalment l-attitudnijiet kemm tal-professjonijiet kif ukoll ta’ dawk li jagħmlu użu mil-lingwa fil-ħajja ta’ kuljum.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37907
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2018
Dissertations - FacArtMal - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18BAMAL015.pdf
  Restricted Access
1.44 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.