Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37993| Title: | Traduzzjoni ta’ xi siltiet minn Eragon ta’ Christopher Paolini |
| Authors: | Camilleri, Antoine |
| Keywords: | Paolini, Christopher. Eragon -- Translations into Maltese Young adult literature, American English language -- Grammar, Comparative -- Maltese Maltese language -- Grammar, Comparative -- English |
| Issue Date: | 2018 |
| Citation: | Camilleri, A. (2018). Traduzzjoni ta’ xi siltiet minn Eragon ta’ Christopher Paolini (Master's dissertation) |
| Abstract: | L-għan ewlieni ta’ din id-dissertazzjoni huwa li jiġu tradotti xi siltiet mill-ktieb Eragon, ta’ Christopher Paolini, mill-Ingliż għall-Malti, filwaqt li jiġu identifikati d-diversi ostakli li rriżultaw mid-differenzi kulturali u lingwistiċi bejn il-Malti u l-Ingliż. Barra minn hekk, id-dissertazzjoni tfittex ukoll li tesplora soluzzjonijiet differenti għal dawn l-ostakli, filwaqt li jingħataw il-proċess tal-ħsieb kif ukoll ġustifikazzjonijiet għall-għażliet li jkunu saru. L-intenzjoni hija li t-traduzzjoni bil-Malti twassal l-istess elementi u ħsibijiet lill-qarrejja tagħha li l-verżjoni oriġinali bl-Ingliż ipproduċiet fil-qarrejja tagħha. L-udjenza mira tat-traduzzjoni nżammet l-istess waħda, sabiex anki l-istil li jitwassal ikun qrib ta’ dak li jinsab fit-test sors. Fil-kapitlu 2 ta’ din it-teżi, tingħata ħarsa ġenerali lejn it-traduzzjoni u xi strateġiji li jintużaw fil-proċess tat-traduzzjoni. F’din it-taqsima tingħata attenzjoni partikolari għall-kunċett tal-ekwivalenza, għaliex dan il-kunċett kien wieħed mill-pedamenti li fuqu mxiet it-traduzzjoni tiegħi. Aktar tard fit-taqsima tingħata ħarsa aktar mill-qrib lejn il-karatteristiċi li jsawru t-traduzzjoni litterali, li fuqhom ibbaża ħafna dan ix-xogħol. Dan kollu, però, jintrabat kollu mal-lingwa Maltija, għalhekk tqiesu wkoll xi opinjonijiet li tradutturi u kittieba Maltin għandhom fuq it-traduzzjoni u d-diversi kunċetti tagħha li jkunu ġew deskritti ftit qabel fix-xogħol. Il-kapitlu 3 jinkludi fih il-qofol tad-dissertazzjoni – it-traduzzjoni b’sistema parallela. Filwaqt li fuq paġna jingħata t-test oriġinali miktub bl-Ingliż, fuq il-paġna l-oħra tingħata l-verżjoni tradotta li tikkorrispondi għal dak it-test. Dan il-kapitlu ġie ppreżentat b’dan il-mod sabiex il-qarrej dejjem ikollu t-test sors quddiem għajnejh waqt li jkun qiegħed jaqra sabiex ikun jista’ faċilment isib u jqabbel dak li nkiteb bil-Malti ma’ dak li nkiteb oriġinarjament minn Paolini. Din it-taqsima fiha wkoll xi noti f’qiegħ il-paġni li jiġġustifikaw l-għażla ta’ ċerti kliem jew frażijiet minflok oħrajn. Wara t-traduzzjoni, tiġi t-taqsima tal-analiżi (il-kapitlu 4) li fiha tinkorpora ħarsa aktar mill-viċin lejn xi mumenti partikolari fil-proċess ta’ din it-traduzzjoni. Din il-parti analitika tfasslet l-aktar fuq il-prinċipji ta’ Vinay u Darbelnet, u ġew ippreżentati xi eżempji fis-siltiet tradotti għal kull strateġija li Vinay u Darbelnet isemmu. |
| Description: | M.TRANSLATION&TERMINOLOGY |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37993 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2018 Dissertations - FacArtTTI - 2018 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 18MATTI005.pdf Restricted Access | 1.46 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
