Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37997
Title: Glossarju ta’ termini fil-qasam tax-xoghol tal-pulizija
Authors: Calleja, Louise
Keywords: Law enforcement -- Dictionaries -- Maltese
Criminal law -- Malta -- Terminology
Law enforcement -- Terminology
Police -- Malta -- Terminology
Issue Date: 2018
Citation: Calleja, L. (2018). Glossarju ta’ termini fil-qasam tax-xogħol tal-pulizija (Master's dissertation).
Abstract: Il-fatt li trabbejt f’ambjent fejn minn età żgħira kont imdawra minn membri tal-pulizija, x-xogħol fejn jidħol l-infurzar tal-liġi minn dejjem kien jinteressani. Għalkemm xtaqt nistudja biex nilħaq għalliema jew avukat tat-tfal, din l-imħabba lejn il-pulizija waslitni biex ningaġġa mal-Korp tal-Pulizija u nagħti servizz lis-soċjetà. Madanakollu, kif dħalt fil-korp kelli speċi ta’ xokk kulturali, kemm fejn tidħol is-sistema proprja tax-xogħol kif ukoll fejn tidħol il-kitba tar-rapporti u l-lingwaġġ partikolari mitkellem bejn il-pulizija nnifishom kif ukoll fil-Qrati ta’ Malta. Ħafna drabi kont nisma’ termini li għalija kienu ġodda, u kont naqbad u nniżżilhom fid-djarju tiegħi biex wara niddiskutihom kemm mas-sħabi l-pulizija kif ukoll ma’ avukati ta’ esperjenza li kienu jiddefendu l-kawżi fil-qorti. Kemm il-darba konna niddiskutu dawn it-termini li fil-maġġoranza tagħhom ma kinux fil-parlance tal-lingwa Maltija. Kien hemm ċirkostanzi fejn anke wasalna biex infittxu l-ekwivalenza tagħhom fil-Malti. Minkejja dan, minħabba l-iskeda ristrettata li kont fiha, bejn biex inlaħħaq max-xogħol, il-ħajja tal-familja u dik privata, qatt ma kelli l-opportunità li niżviluppa dawn it-termini u noħloq lista ekwivalenti fil-lingwa Maltija għal uża ta’ utenti interessati. Wara kollox dawn it-tipi ta’ termini mhumiex xi biċċa xogħol faċli għat-terminoloġisti u t-tradutturi, għaliex jinvolvu bosta kliem tekniku li ħafna drabi mhuwiex inkluż fid-dizzjunarji Maltin. Dawn jittrattaw ukoll proċessi kumplessi li aktarx l-esperti fil-qasam biss ikollhom għarfien preċiż tagħhom. Barra minn hekk peress li hemm nuqqas ta’ terminoloġija speċjalizzata standardizzata fil-Malti, ħafna drabi t-traduttur ikollu jagħmilha hu stess ta’ terminoloġist u dan jirrikjedi li jew ikollu l-għarfien hu stess jew inkelli kuntatti tajbin ma’ nies esperti fil-qasam. Wara ħafna snin ta’ esperjenza fil-korp tal-Pulizija bdejt nirrejalizza li bl-esperjenza tiegħi fil-pulizija flimkien mal-interess fit-termini li jintużaw, kien wasal iż-żmien li naħtaf l-opportunità u nkabbar l-għarfien tiegħi fit-traduzzjoni u fit-terminoloġija f’dan il-qasam. Minn hawn kibret ix-xewqa li niżviluppa dik il-lista li darba kont bdejt nibni u għaldaqstant noħloq glossarju għat-termini l-aktar użati mill-pulizija. Ħassejt li kelli x’noffri għaliex fil-ħolqien ta’ glossarju bħal dan wieħed għandu jagħti attenzjoni speċjali għal dak li jissuġġerixxu l-persuni midħla tal-qasam. Wara kollox, il-lingwa f‘dan it-tip ta’ qasam ma jagħmluhiex il-lingwisti iżda l-prattikanti għalkemm l-istandardizzazjoni teħtieġ il-kolloborazzjoni tat-tnejn. Ix-xogħol ta’ dan il-glossarju mhux ser jieqaf hawn, għaliex it-termini miġbura f’din ir-riċerka għad trid tiġi analizzata aktar fil-fond u wieħed jittama li jintlaħaq qbil dwar l-istandardizzazzjoni tagħhom. Biex iseħħ dan jeħtieġ sforz kollettiv min-naħa tal-esperti fil-qasam u mill-lingwisti, dan sabiex flimkien jevalwaw it-termini miġbura u jaslu għal konklużjonijiet dwar l-istandardizzazzjoni tagħhom. Għaldaqstant nittama li b’dan il-glossarju aħna (l-membri tal-korp u mhumiex) nkomplu inwessgħu l-vokabularju tekniku Malti u nesprimu ruħna bi lsienna li tant għandna nkunu kburin bih.
Description: M.TRANSLATION&TERMINOLOGY
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37997
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2018
Dissertations - FacArtTTI - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18MATTI007.pdf
  Restricted Access
3.38 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.