Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/3909| Title: | L-eqdem kliem bil-Malti ddokumentat fil-prietki ta' Ignazio Saverio Mifsud |
| Authors: | Axisa Farrell, Deborah Anne |
| Keywords: | Mifsud, Ignazio Saverio, 1722-1773 -- Sermons Sermons, Maltese -- Linguistics Maltese language -- Religious aspects |
| Issue Date: | 2011 |
| Abstract: | Il-prietki bћala testi lingwistiċi… X’inhu l-valur lingwistiku tagћhom? L-istorja tal-ilsien Malti miktub mhix twila ћafna. Il-prietki ta’ Ignazio Saverio Mifsud huma xhieda żgħira tal-Malti miktub li gћandna, u gћalhekk gћandhom importanza kbira. Huwa meћtieġ li tingћata importanza lil-lingwaġġ użat f’dawn il-prietki. X’tip ta’ lessiku uża? Nistgћu ngћidu li kien ikun mistieden f’parroċċi differenti gћax qabel kull prietka kien jikteb il-post ta’ fejn kien se jippritkaha. Kien hemm xi prietki li kellhom iżjed minn post wieћed imniżżel, u dan juri li kien juża l-istess prietka fi bnadi differenti. Mela jekk kien ikun mistieden f’parroċċi differenti, nistgћu ngћidu li kien joqgћod attent xi kliem juża. Kien importanti li jlaqqa’ l-Malti informali ma’ dak formali, jevita djaletti ta’ raћal partikolari u jipprova jqarreb kemm jista’ jkun lejn ilMalti standard ta’ dak iż-żmien, biex ikun jista’ jinftiehem tajjeb u dejjem. Kien influwenzat minn xi prietki jew predikaturi oћra? Jekk kien influwenzat minn predikaturi Taljani, baqa’ fidil lejn l-element Semitiku li kien hawn fi żminijietu? Kif se naraw ’il quddiem fir-raba’ taqsima, Mifsud gћamel użu kemm ta’ kliem Semitiku kif ukoll ta’ kliem Taljan, jew aћjar, kliem taljanizzat, u xi drabi gћaqqad dawn iż-żewġ elementi flimkien. B’hekk gћandna indikazzjoni ċara tat-taћlita li dejjem eżistiet u li gћadha ћajja fil-Malti modern. Irridu nżommu f’moћћna wkoll, li hekk kif gћadda ż-żmien, inbidlet u żviluppat ukoll il-lingwa. Il-vokabularju u xi regoli tas-sintassi jinbidlu u xi influwenzi barranin jonqsu jew jiżdiedu minn ġenerazzjoni gћal oћra (Campbell, “Religion and Language”). |
| Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/3909 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2011 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 11BAMAL004.pdf Restricted Access | 1.8 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
