Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/4174
Title: Pawlu Bellanti u l-ħidma letterarja tiegħu
Authors: Schembri, Leanne
Keywords: Maltese prose literature -- 19th century
Maltese poetry -- 19th century
Bellanti, Paolo Francesco, 1852-1927
Issue Date: 2011
Abstract: L-għan ewlieni tiegħi fit-tiswir ta’ din it-teżi dwar dan il-personaġġ li ftit hu magħruf, huwa li nixħet dawl fuq il-kontribut siewi u ta’ valur li hu ta lil-letteratura Maltija. Pawlu Bellanti u sħabu għamlu li setgħu biex joffru lillpoplu Malti kitba bi lsien twelidhom, fuq bosta suġġetti differenti, li jolqtu linteressi ta’ kulħadd u, fuq kollox, li kienu approvati mill-Knisja. Bellanti ta sehmu f’numru ta’ rivisti u gazzetti li kienu joħorġu fi tmiem is-seklu dsatax u l-bidu tas-seklu għoxrin. Din it-teżi tinkludi fiha numru ta’ xogħlijiet ta’ Bellanti, bi kritika letterarja li prinċipalment tanalizza l-ħsibijiet u l-għanijiet tiegħu, kif ukoll it-temi ewlenin u l-aspett lingwistiku li jsawru lil xogħlu. B’hekk il-qarrej ikollu idea ċara ta’ fiex kienet tikkonsisti l-kitba tiegħu. Ipprovajt ninkludi ġeneri differenti mill-kitbiet tiegħu bħal: artikli, rumanzetti u poeżiji, fost oħrajn. Barra minn hekk kelli l-ħsieb ukoll nuri kif Bellanti kien jibbrilla f’numru ta’ rwoli differenti li kellu fis-soċjetà Maltija. Fl-ewwel taqsima, nagħti ħarsa ġenerali lejn min kienu Pawlu Bellanti u l-familjari tiegħu. Numru minnhom kienu taw kontribut f’oqsma differenti tax-xena Maltija. Inkwantu għal Bellanti, diversi xejriet jispikkaw fil-ħajja tiegħu, fosthom: il-karriera brillanti li kellu fis-settur pubbliku, l-importanza tar-reliġjon f’ħajtu u l-qasam tal-arkeoloġija, li tant kien għal qalbu. Fit-tieni taqsima, nikteb dwar l-interess li kellu Bellanti fil-lingwa Maltija, kif ukoll dwar l-alfabetti differenti li uża fil-kitbiet tiegħu matul is-snin. Fit-tielet taqsima, niffoka dwar numru ta’ artikli li dehru fil-gazzetta IsSebħ u ż-żewġ artikli li kiteb fil-gazzetta Il-Ħabib. Nagħti ħarsa ġenerali lejn dawn l-artikli, nanalizza l-ħsibijiet u l-għanijiet prinċipali li ried iwassal lillqarrejja tiegħu, kif ukoll ċerti elementi lingwistiċi li jidhru ta’ spiss fil-kitbiet tiegħu. Fir-raba’ taqsima, ninkludi r-rumanzetti ta’ Bellanti li dehru fil-kotba tal-Mogħdija taż-Żmien u l-istejjer li ppubblika fil-ktieb maħruġ mix-Xirka Xemija, Qari all Maltin. Fl-aħħar taqsima, niġbor il-poeżiji manuskritti li rnexxieli nsib fir-“Re. Tombs and Poems” li jinsab fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, kif ukoll iż- żewġ poeżiji mill-gazzetta Is-Sebħ u xarada li dehret f’L-Unjoni Maltija – Gazzetta tal-Poplu. Fl-għeluq ta’ dan il-kapitlu nagħti xi tagħrif dwar iż-żewġ traduzzjonijiet ta’ Pawlu Bellanti. Nittama li permezz ta’ din it-teżina, li tiġbor fiha l-kitbiet ewlenin tal-kittieb, isiru magħrufa aktar ix-xogħlijiet tiegħu u li hu jingħata l-ġieħ li ħaqqu, ta’ kemm ħadem bi sħiħ għal-lingwa Maltija u pprova jxerred tagħlimiet b’għanijiet didattiċi u moralistiċi biex itejjeb il-qagħda soċjali u kulturali tal-qarrejja tiegħu.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/4174
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
11BAMAL027.pdf
  Restricted Access
5.41 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.