Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/4709
Title: Dun Alwiġ Vella u x-xogħlijiet tiegħu
Authors: Portelli, Ruth
Keywords: Priests -- Malta -- 19th century
Prayer -- Catholic Church
Vella, Alwig, 1859-1928
Issue Date: 2011
Abstract: Il-perjodu ta' bejn is-sena 1850 u l-1930 kien żmien diffiċli kemm fil-qasam soċjali u politiku kif ukoll fil-qasam letterarju. Il-politika Ewropea, u anke dik ta' Malta u Għawdex, kienet għaddejja minn bidliet kbar. Anke l-Knisja Kattolika Rumana f'Ruma kienet għaddejja minn żminijiet diffiċli. Kien f‟dan iż-żmien li twieled Dun Alwiġ Vella, magħruf aħjar bħala “Dun Alwiġ ta' Savina”. F'dawk iż-żminijiet Malta kienet kolonja Ingliża iżda xorta waħda linfluwenza Taljana kienet għadha kbira ħafna. Kont issib ħafna edukaturi li jagħżlu li jagħtu l-lezzjonijiet tagħhom bil-lingwa Taljana, u dan għaliex l-ilsien Malti kien meqjus bħala dak “tal-kċina”, peress li kien għadu mhux stmat. Kien għadu ma wasalx iż-żmien li l-ilsien Malti jkun addotta sistema alfabetika standardizzata. L-Awtorità Ekkleżjastika Maltija kien għad għandha poteri kbar fuq it-tfassil tal-politika. Dan minħabba li kellha influwenza kbira fuq il-poplu. F'din l-analiżi, beħsiebni nuri f‟dettall l-isfond soċjali taż-żminijiet li għex fihom Vella. Ma kienx faċli li f‟dawk iż-żminijiet wieħed jimxi 'l quddiem filkarriera minħabba n-nuqqas kbir ta' mezzi ta' komunikazzjoni kif ukoll ta' affarijiet bażiċi oħra fil-ħajja. Vella kien jippubblika l-folji tiegħu b'ħafna kitba ta' xeħta reliġjuża biex, b'hekk, il-qarrej ikompli jkabbar l-għarfien tiegħu dwar ir-reliġjon u jirċievi wkoll tagħlim ġdid. Element ieħor f'xogħli hu l-analiżi tal-poeżiji reliġjużi li, bihom, Vella ried jgħallem lill-poplu jitlob. Barra minn hekk, se nanalizza taqbila, li qatt ma ġiet ippubblikata qabel, wara li din ġiet traskritta minni mill-manuskritt oriġinali. Vella kien dak il-bniedem li ħadem bis-sħiħ biex jeduka lill-poplu Malti u Għawdxi u jagħtih tagħrif dwar l-istorja ta' pajjiżu. Dan għamlu permezz tar-rumanzi storiċi li kiteb u li fihom wera l-ħila u l-għaqal li dejjem kellu l-poplu. Vella ħalla wkoll ammont kbir ta' manuskritti bil-prietki tiegħu. Apparti li ssir analiżi ta‟ dawn il-prietki, se nippubblika l-lista sħiħa tagħhom.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/4709
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
11BAMAL023.pdf
  Restricted Access
1.31 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.