Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6371
Title: Hjiel ta’ realizmu magiku u l-kwazi hrafa ta’ Gorg Peresso
Authors: Muscat, Dylan
Keywords: Tales -- Structural analysis
Magic realism (Art)
Peresso, George, 1939- . Hajja ta' kelb -- Criticism and interpretation
Issue Date: 2015
Abstract: Għażilt li nanalizza r-rakkont Ħajja ta’ Kelb ta’ Ġorġ Peresso, għaliex mhux biss laqatni bħala stil narrattiv, iżda għax fih ukoll elementi simili għall-ġeneru talħrafa u oħrajn li jirriflettu l-ġeneru tar-Realiżmu Maġiku. L-ewwel kapitlu jistħarreġ l-ideat u t-teorija ta’ Vladimir Propp, fil-ktieb tiegħu Morphology of the Folktale. Ser jissemmew biss il-funzjonijiet li fil-fehma tiegħi jagħtu lemħa lil dawk li għamel użu minnhom Ġorġ Peresso. Ser tingħata wkoll importanza lix-xogħol lokali ta’ Ġużè Cassar Pullicino dwar il-ħrejjef. L-għan huwa li niddiskuti wħud minn dawn il-funzjonijiet fid-dettall, sabiex ikolli bażi soda biex inkun nista’ nqabbilhom mat-teknika mħaddma minn Ġorġ Peresso fix-xogħol tiegħu. Fil-kapitlu ta’ wara, nislet bosta karatteristiċi komuni, u kuntrastanti, bejn irrumanz Ħajja ta’ Kelb u t-teorija ta’ Vladimir Propp, u l-ideat ta’ Ġużè Cassar Pullicino. Ir-rumanz tiegħu Peresso jqisu bħala “kważi ħrafa”, għax xorob bosta elementi mill-ġeneru tal-ħrafa. Għaldaqstant, l-għan ta’ dan il-kapitlu hu li jinħarġu dawn l-elementi ħrafeski f’dawl it-teoriji magħżula. Fit-tielet kapitlu ser jintużaw erba’ terminoloġiji partikolari. It-terminu tar-realiżmu maġiku se jirreferi għal “magic realism”, ir-realiżmu tal-maġija għal “magical realism”, ir-realiżmu meraviljuż għal “marvelous realism”, filwaqt li r-realiżmu msaħħar għal “magic(al) realism” li se jiġbor flimkien dawn it-tliet kunċetti b’mod ġenerali. Fih se nagħti idea ġenerali ta’ dan il-ġeneru, insemmi ftit mill-istorja wiesgħa li għandha x’taqsam mal-perjodi differenti, f’diversi pajjiżi madwar iddinja u nagħmel referenza għax-xogħol ta’ Gabriel García Márquez One Hundred Years of Solitude. Għażilt dan il-ktieb għaliex huwa eżempju famuż, u mudell għal dawk li ġew warajh. Din il-kitba, li tista’ titqies bħala kaxxa talgħodda biex jinftiehem aħjar dan il-ġeneru, hija twila biżżejjed u xempju ta’ kif għandu jitħaddem ir-realiżmu maġiku. Ser neżamina wkoll it-teorija dwar irrealiżmu tal-maġija u l-postmoderniżmu, kif proposti minn Wendy Faris. Fil-kapitlu ta’ wara nistħarreġ ix-xogħol ta’ Ġorġ Peresso fl-isfond ta’ dawn ilġeneri ta’ kitba biex noħroġ bosta tixbihat u kuntrasti, kemm tematiċi, kif ukoll stilistiċi, max-xogħlijiet li analizzajt. Ser issir ukoll referenza għall-ħrejjef ta’ Joe Friggieri fil-ġabra tiegħu Ħrejjef għal Żmienna, li hija meqjusa bħala kitba realista maġika li tgħaqqad ir-realtà mal-fantasija u l-ħolm. Fil-ħames kapitlu ser tiġi diskussa t-tema tal-kundizzjonament reliġjuż u rribelljoni soċjali. Fih, ser jinħarġu elementi soċjoreliġjużi kif ukoll dawk ta’ ribelljoni li ġew trattati minn Ġorġ Peresso. Dan ser isir fid-dawl ta’ diversi teoriji soċjoloġiċi kif ukoll ta’ kitbiet lokali. Fl-aħħar kapitlu ser jiġu diskussi xejriet ewlenin fil-kitba ta’ Peresso, bil-għan li jinħarġu aspetti tematiċi u stilistiċi f’Ħajja ta’ Kelb li ma ġewx diskussi fil-kapitlu ta’ qabel. Wieħed jista’ jsib ukoll intervista fl-appendiċi li jiena għamilt ma’ Ġorġ Peresso. F’din l-intervista staqsejtu diversi mistoqsijiet dwar ir-rumanz tiegħu Ħajja ta’ Kelb, mistoqsijiet li jittrattaw diversi aspetti, fosthom dawk li eżaminajt jien fit-teżi tiegħi.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6371
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15BAMAL017.pdf
  Restricted Access
1.3 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.