Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6372
Title: Analiżi ortografika tal-Malti użat fuq is-sit elettroniku Facebook
Authors: Pullicino, Dylan
Keywords: Social media -- Malta
Maltese language -- Orthography and spelling
Language and the Internet -- Malta
Issue Date: 2015
Abstract: Daħla għas-suġġett: Illum il-ġurnata, il-lingwa Maltija, għax hija lingwa ħajja, tintuża f’kull qasam tal-ħajja, fliskola, fix-xogħol, id-dar, mal-ħbieb, u wkoll f’mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi bħall- SMS u Facebook. L-użu tal-Malti mitkellem u l-użu tal-Malti miktub ivarjaw minn xulxin, u dan minħabba l-fatt li waqt it-taħdit, ftit li xejn noqogħdu nagħtu kas ta’ kif qed nitkellmu, limportanti li niftiehmu malajr ma’ min inkunu qed nitkellmu. Min-naħa l-oħra, il-kitba tirrikjedi aktar ħsieb u organizzazzjoni aħjar t’ideat, u għalhekk mhijiex daqshekk spontanja daqs it-taħdit. L-użu ta’ mezzi teknoloġiċi, u l-introduzzjoni ta’ komunikazzjoni elettronika influwenzaw mhux ftit il-kitba, inkluż il-kitba bil-Malti. L-SMS minnu nnifsu huwa “Short Message Service” u allura jirrikjedi li l-kitba u l-messaġġ ikunu fil-qosor kemm jista’ jkun. Din it-tendenza kompliet tissaħħaħ bl-introduzzjoni tas-sit elettroniku Facebook, fejn il-kitba għallħeffa, b’mod awtomatiku, baqgħet tinkiteb fil-qosor. M’għandniex xi ngħidu, dan jagħti lok għal aktar żbalji ortografiċi. Il-Ħtieġa ta’ din it-teżi u l-għanijiet tagħha: L-għan ewlieni ta’ dan ix-xogħol huwa li jikxef il-varjazzjonijiet u t-tendenzi ġodda fil-kitba ta’ kliem bil-Malti fil-midja soċjali sewwasew fuq Facebook, varjazzjonijiet li, ħafna drabi, fil-varjetà standard mhumiex aċċettabbli. Il-qofol ta’ dan l-istudju huwa li jeżamina x’jistgħu jkunu l-fatturi li qed jinfluwenzaw din it-tip ta’ kitba. Il-fatturi li se jkunu studjati f’dan ixxogħol huma l-fattur tas-sess u l-fattur tal-età. Nemmen li ż-żgħażagħ, permezz ta’ Facebook (bħala wieħed mill-aktar siti elettroniċi popolari), qed ikunu esposti aktar għall-Malti miktub ortografikament ħażin u b’varjazzjonijiet li jiddevjaw minn dak li hu stabbilit uffiċjalment. Kien għalhekk li għażilt li nikteb fuq dan is-suġġett għaliex inħoss li Facebook huwa wieħed mill-kawżi ewlenin li qed joħolqu bidla fil-mod kif qed jinkiteb il-Malti. Personalment jinteressani ħafna kif qed jiġi użat il-Malti f’oqsma differenti tal-ħajja, u kif l-użu tal-Malti żbaljat jista’ jkun qed jaffettwa l-lingwa, aktar u aktar b’influwenza ta’ lingwi barranin fosthom l-Ingliż. Din it-teżi tista’ tkun ukoll t’għajnuna għall-għalliema tal-Malti fl-iskejjel għaliex permezz ta’ dan l-istudju jistgħu jistabbilixxu aħjar l-iżbalji ortografiċi tal-istudenti u jifhmu aħjar ilkawża ta’ ħafna minnhom. (Bezzina) Dan l-istudju se jkun qed jiġbor fih numru ta’ parteċipanti ta’ etajiet diversi li se jkunu maqsumin f’kategoriji skont l-età u s-sess tagħhom. L-għan hu ħalli b’hekk naraw dawn ittendenzi l-ġodda kif qed jiġu applikati fil-kitba u lil min jolqtu l-aktar. Inħoss li dan l-istudju se jkompli jgħin biex nifhmu aħjar kif u għaliex qed isir daqstant tibdil fil-Malti. F’dan listudju kapaċi jidhru xi tendenzi ortografiċi ġodda li jista’ jkun li tant saru komuni li għal xi nies lanqas biss ikun meqjus bħala żball. Għalhekk dan ix-xogħol kapaċi jinteressa lil nies ta’ kull età u li ġejjin minn oqsma differenti tal-ħajja. Għaldaqstant, għażilt li nitkeb dwar dan is-suġġett għaliex jinteressanti ferm l-użu tal-lingwa Maltija fuq wieħed mill-aktar siti elettroniċi popolari fid-dinja li l-għan ewlieni tiegħu hu l-komunikazzjoni. Dwar dan irrigward għad ma hemm xejn ippubblikat fejn jidħol il-Malti, u għalhekk dan il-fatt kompla għen sabiex jinkuraġġini aktar nistudja dan il-qasam.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6372
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15BAMAL020.pdf
  Restricted Access
7.71 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.