Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6375
Title: Id-distakk fl-intimità : il-lirika ta’ Immanuel Mifsud
Authors: Agius, Beverly
Keywords: Mifsud, Immanuel, 1967- -- Criticism and interpretation
Maltese poetry -- 20th century
Maltese poetry -- 21st century
Psychoanalysis in literature
Issue Date: 2015
Abstract: Din it-teżi tistħarreġ l-ispazju liriku bejn il-maħbubin bħala reġjun enigmatiku li fih isseħħ qrubija bejn żewġ persuni f’relazzjoni intima, daqskemm jitwettaq distakk ta’ natura kemm spiritwali kif ukoll fiżika fl-istess intimità. Waqtiet oħra, dan l-istudju juri kif l-intimità u d-distakk isiru żewġ elementi simultanji tal-istess interazzjoni intima bejn il-kelliem liriku u l-maħbuba (konkreta jew mistħajla) tiegħu. L-ispazju bejn il-maħbubin se jiġi skrutinizzat bħala sfera li ta’ spiss tinħakem minn kunflitt kontinwu u intens, ħafna drabi akkomodat f’forom ta’ tenerezza li jistgħu jkunu ambigwi u deludenti. Għal din ir-riċerka, ġew analizzati figuri tad-diskors li flimkien jibnu xbihat poetiċi tal-intimità li sikwit jippreżentaw dan l-ispazju intimu bħala nuqqas, minn daqqiet ta’ sodisfazzjon fl-imħabba, daqqiet oħra ta’ kompatibilità. Xi eżempji ta’ mekkaniżmi letterarji li jitħaddmu sabiex jinħoloq dan ir-reġjun ambigwu kkaratterizzat millkuntrasti iżda wkoll mill-kumplimentarjetà bejn żewġ persuni huma dawn: ilmetafora, ir-reġistru, l-indirizz, l-ewfemiżmu, l-anafora, l-ossìmoro u l-paradoss. Il-poeżiji magħżula għal din r-riċerka ttieħdu minn dawn il-ġabriet: Fid-Dar ta’ Clara, Il-Ktieb tar-Riħ u l-Fjuri, Penelopi Tistenna, Bateau Noir u KM. Bis-saħħa ta’ din il-firxa wiesgħa ta’ testi poetiċi, l-analiżi setgħet timraħ iżjed lejn l-aħjar eżempji li jsaħħu t-tema ċentrali għal din it-teżi. Din il-firxa ta’ testi liriċi hija essenzjali għallistħarriġ suffiċjenti tal-lirika ta’ Immanuel Mifsud, għaliex ma tillimitax il-proċess analitiku għal għadd ristrett ta’ wetqiet poetiċi tiegħu tal-imħabba. Mill-banda l-oħra, il-konċentrazzjoni ta’ dan l-istudju fuq poeta wieħed għenet ħafna biex l-istħarriġ jibqa’ ffukat fuq lingwaġġ liriku konsistenti fit-tematika tal-intimità.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6375
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15BAMAL002.pdf
  Restricted Access
1.18 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.