Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6423
Title: Ir-ripetizzjoni u l-motivi f’"Kulħadd ħalla isem warajh" ta’ Clare Azzopardi
Authors: Vella, Bernice
Keywords: Repetition (Rhetoric)
Azzopardi, Clare, 1977- . Kulhadd halla isem warajh -- Criticism and interpretation
Feminism in literature
Issue Date: 2015
Abstract: F’din it-teżi nagħti ħarsa mill-qrib lejn it-tieni ġabra tan-novelli ta’ C. Azzopardi, Kulħadd Ħalla Isem Warajh (2014), billi niffoka fuq l-użu tar-ripetizzjoni u l-motivi. Għall-bidu kont kemxejn xettika fuq is-suġġett, iżda meta qrajt il-ġabra darba darbtejn irnexxieli nidħol fl-istejjer u fil-mekkaniżmi użati. Il-mekkaniżmi huma qawwijin u ripetuti kemm-il darba, u għalhekk ma kinitx daqshekk diffiċli biex nidentifika ripetezzjoni minn oħra. Id-diffikultà li kelli rnexxieli negħlibha permezz ta’ diskussjonijiet ma’ diversi nies intellettwali. Ir-riċerka tiegħi bdiet b’ħarsa kritika lejn ix-xogħol u l-personalità letterarja tal-awtriċi. Kelli naqra ħafna fuq l-awtriċi, fuq dak li jinteressaha, u dak li nkiteb fuq il-kotba preċedenti tagħha biex imbagħad nanalizza l-aħħar xogħol tagħha. Kelli niffoka primarjament fuq il-ġabra preċedenti Il-Linja l-Ħadra (2006) u nqabbel ma’ dak li qalu fuqha u xi ntqal s’issa fuq l-aħħar ġabra li tnediet is-sena l-oħra. Fl-istess waqt ħarġu xi spunti li kienu ferm interessanti, bħall-interpretazzjoni ta’ Clare Azzopardi bħala femminista u l-influwenza tal-kittieba Maltin u barranin fuqha.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6423
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15BAMAL027.pdf
  Restricted Access
895 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.