Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6442
Title: It-traduzzjoni u l-analiżi (Spanjol > Malti) tal-ktieb “El tiempo entre costuras” ta’ María Dueñas
Authors: Zammit, Charlene
Keywords: Duenas, Maria, 1964- . El tiempo entre costuras
Spanish literature -- Translations into Maltese
Discourse analysis, Literary
Issue Date: 2015
Abstract: Din id-dissertazzjoni tikkonsisti fit-traduzzjoni ta’ xi kapitli mill-ktieb Spanjol El tiempo entre costuras ta’ María Dueñas, kif ukoll tal-analiżi tagħhom mill-aspett kulturali. Intgħażel dan il-ktieb partikulari għad-dissertazzjoni għax ma jistax jiġi assoċjat ma’ ġeneru wieħed, iżda f’iżjed minn sitt mitt paġna l-awtriċi rnexxielha tgħaqqad ġeneri differenti li jagħmilha diffiċili ħafna biex wieħed isib ktieb ta’ dan it-tip fil-letteratura kontemporanja Ewropea, b’mod partikulari f’dik Maltija. Għaldaqstant dan il-fatt iġib miegħu sfidi differenti li t-traduttur irid jaffronta matul it-traduzzjoni ta’ dawn il-kapitli. Kull test jew ġeneru għandu elementi jew aspetti kulturali li fil-lingwa, kultura u identità mira, bħal f’dan il-każ il-Malti, jistgħu ma jkunux ekwivalenti minħabba diversi fatturi, pereżempju l-lingwa sors u l-lingwa mira huma ’l bogħod minn xulxin, ma jaqsmux affarijiet komuni fl-istorja tagħhom jew inkella dawn l-affarijiet huma limitati ħafna. Għalhekk dan jagħmilha xi ftit diffiċli għat-traduttur biex iwassal il-messaġġ li qiegħed jingħad fit-test sors għat-test mira. Barra minn hekk, intgħażel dan il-ktieb El tiempo entre costuras għax għandu numru ta’ interpretazzjonijiet li jintisġu flimkien b’tali mod li wieħed ma jirnexxilux jikklassifikah taħt ġeneru letterarju wieħed biss. Dan għaliex wieħed jista’ jiddeskrivih bħala rumanz ta’ skoperta personali, rumanz kolonjali, rumanz ta’ mħabba, rumanz ta’ kospirazzjonijiet storiċi u politiċi u rumanz ta’ spjunaġġ. Fil-fatt l-awtriċi stess, María Dueñas, tgħid li meta bdiet tikteb dan ir-rumanz hija diġà kellha l-ingredjenti kollha li kienu se jkunu fih, il-personaġġi li kien se jkollhom rwol fih u s-sensazzjonijiet li riedet tittrasmetti permezz tiegħu, iżda ma kinitx kapaċi tassoċjah ma’ ġeneru konkret anki wara sebgħa u għoxrin xahar ta’ ħidma fuqu. Għaldaqstant għal din id-dissertazzjoni ntgħażlu xi kapitli li għandhom ġeneri differenti u tipi ta’ testi differenti bħal fil-każ ta’ kapitlu 1, fejn insibu test bijografiku u deskrittiv. Mentri f’kapitlu 5, minbarra li nsibu dawn l-aħħar żewġ stili ta’ kitba, magħhom jingħaqdu wkoll djalogi diretti u indiretti u kitba ta’ ittra. Fil-waqt li f’kapitlu 38 insibu test mimli b’diskors dirett, iżda fih ukoll l-element tad-deskrizzjoni.
Description: M.A.TRANSL.&INTERPRET.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6442
Appears in Collections:Dissertations - FacArtTTI - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15MATIS015.pdf
  Restricted Access
1.86 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.