Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6450
Title: Traduzzjoni u analiżi tal-monologu "Novecento" ta’ Alessandro Baricco
Authors: Vassallo, Maria Angela
Keywords: Baricco, Alessandro, 1958- . Novecento
Italian literature -- Translations into Maltese
Language and culture
Issue Date: 2015
Abstract: It-traduzzjoni hija l-pont li tgħaqqad żewġ dinjiet differenti flimkien, li biha hemm dinja li qiegħda tirċevi, u oħra li qiegħda tagħti. Sfortunatament ħafna nies jaħsbu li t-traduzzjoni hija biss kwistjoni fejn teqleb kelma minn lingwa għal oħra, u ma jirrealizzawx li fil-verità dik ilkelma tista’ tkun mimlija b’tifsiriet differenti, li l-kliem flimkien huma dik it-trejqa li se twasslek għad-destinazzjoni tal-istorja, li storja jew kitba sħiħa hija entità waħda u li jekk se tagħmel traduzzjoni tagħha, trid iġġorrha minn post għal ieħor kemm jista’ jkun kif inhi. F’din id-dissertazzjoni se jiġi analizzat u tradott il-monologu Novecento ta’ Alessandro Baricco, li fih naraw lill-karattru prinċipali Novecento, mill-perspettiva ta’ sieħbu fl-ewwel persuna. Novecento twieled u tħalla fuq il-vapur Virginian, li kien jivjaġġa mill-Ewropa sal- Amerka u lura. Fid-daħla tal-ktieb, Baricco jgħid li dan il-monologu nktieb biex jittella’ fuq il-palk, iżda mbagħad iddeċieda li jippubblikah fi ktieb. Fil-fatt jgħid li ma jafx jekk hux test teatrali jew le, imma jaraha bħala storja sabiħa u jixtieq jaħseb li se jkun hemm min se jaqraha. Dan il-monologu ġie tradott bl-Ingliż, kif ukoll sar film bl-Ingliż bl-isem ta’ ‘The Legend of 1900’. Il-film ma ġiex ikkonsultat għal din it-traduzzjoni biex it-traduttur ma tiġix influwenzata mill-istorja tal-film minħabba li hija differenti mill-istorja oriġinali li se tiġi tradotta. Ġiet ikkonsultata t-traduzzjoni bl-Ingliż minħabba li għandha l-istess test sors bħal din it-traduzzjoni. L-għan ta’ din it-traduzzjoni hu li jitwassal l-istess sens, deskrizzjonijiet u dettalji bil-mod kif kitibhom u ddeskrivihom Baricco, imma f’lingwa differenti.
Description: M.A.TRANSL.&INTERPRET.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6450
Appears in Collections:Dissertations - FacArtTTI - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15MATIS017.pdf
  Restricted Access
1.46 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.