Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6482
Title: It-traduzzjoni tal-letteratura għat-tfal : diffikultajiet u sfidi fit-traduzzjoni ta’ Charlotte’s Web ta’ E.B. White
Authors: Mizzi, Veronica-Lynn
Keywords: Children's literature -- Translations into Maltese
White, E.B., 1899-1985. Charlotte's web
Children -- Language
Issue Date: 2015
Abstract: It-traduzzjoni hija l-pont li jgħaqqad il-lingwa u l-kultura tagħna ma’ dik tad-dinja u tiftħilna tieqa fuq id-dinjiet kulturali li jeżistu madwarna. Dan kollu jappella iktar u iktar fit-traduzzjonijiet tal-letteratura għat-tfal, li sa minn età żgħira jidraw iżommu l-ktieb bħala l-ħabib tagħhom. Il-ġeneru tat-traduzzjoni qiegħed kulma jmur dejjem iżid fil-popolarità fost listudjużi u l-kritiċi u qed isir qasam importanti li jiġbed lejh ħafna attenzjoni. Il-qasam talletteratura tat-tfal fi ħdan it-traduzzjoni, ukoll qiegħed iqajjem interess dejjem iktar. Listudju u t-teoriji fuq dawn l-oqsma bħal kwistjonijiet ta’ addatazzjoni, manipulazzjoni, ċensura, inviżibbiltà u domestikazzjoni fost l-oħrajn ikomplu juru kemm jista’ jimraħ dan il-qasam. Din it-teżi għandha l-għan li tixħet iktar dawl fuq dan il-qasam tat-traduzzjoni, filwaqt li permezz tat-teorija u l-ħarsa kritika, tasal biex toħloq traduzzjoni ta’ livell, traduzzjoni mexxejja, fidila lejn dak li kiteb l-awtur u fl-istess waqt, iżżomm f’moħħha ttip ta’ qarrej li għandha, biex il-kitba tibqa’ dejjem waħda addattata għalihom. Fl-ewwel kapitlu ta’ din it-teżi, tingħata ħarsa ġenerali lejn l-iżvilupp tal-kotba għat-tfal, it-traduzzjoni tagħhom u l-kuntest ta’ dan f’Malta. Fl-istess kapitlu tingħata ħarsa lejn l-isfond tal-ktieb Charlotte’s Web, kif ukoll sfond tal-awtur E. B. White. Fil-kapitlu tal-ħarsa kritika jiġu trattati erba’ taqsimiet partikolari tat-teorija, li iktar tard jiġu użati sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-kitba fit-traduzzjoni. Dawn it-taqsimiet ikopru d-domestikazzjoni u l-foreignization, l-irwol tat-traduttur, l-adattazzjoni minn ktieb għal film, kif ukoll it-teoriji tal-qari lil udjenza. Fit-taqsima tal-metodoloġija jiġi spjegat kif saret it-traduzzjoni u liema proċessi ġew segwiti meta t-test oriġinali bl-Ingliż ġie tradott għall-Malti. F’din it-taqsima jiġi spjegat ukoll liema taqsimiet u partijiet mill-ktieb ġew magħżula għat-traduzzjoni u fuq liema kriterji saru dawn l-għażliet. Il-qalba ta’ din it-teżi hija t-traduzzjoni nnifisha fejn kull parti tat-traduzzjoni magħżula tikxef xi element partikolari fil-kitba ta’ Charlotte’s Web. Finalment, fit-taqsima tal-Analiżi, jiġu applikati t-teoriji li ġew imsemmija fittaqsima tal-ħarsa kritika u ssir analiżi ta’ dawk il-partijiet fit-traduzzjoni li setgħu kienu ta’ sfida lit-traduttur, u jiġi diskuss b’liema mod ħarġet il-verżjoni finali. Minn dan kollu, jidher kif l-irwol tat-traduzzjoni qiegħed dejjem jikber u dan flimkien mal-influwenza li għandu dan il-qasam fuq il-letteratura ġenerali.
Description: M.A.TRANSL.&INTERPRET.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6482
Appears in Collections:Dissertations - FacArtTTI - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15MATIS029.pdf
  Restricted Access
1.27 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.