Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/79905
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2021-08-17T07:45:50Z-
dc.date.available2021-08-17T07:45:50Z-
dc.date.issued2021-
dc.identifier.citationGrima, C.-M. (2021). Analiżi soċjolingwistika ta’ gruppi ta’ varjanti fonetiċi-ortografiċi (Bachelor's dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/79905-
dc.descriptionB.A. (Hons)(Melit.)en_GB
dc.description.abstractDin it-teżina ser tkun qed tkompli tibni fuq teżijiet oħra preċedenti li trattaw il-varjanti fonetiċi-ortografiċi fil-Malti. Dan il-qasam ġie trattat għall-ewwel darba minn Ancel Cefai fl-2013, minn Gabriella Mifsud fl-2016, segwita minn Alexia Saliba fl-2018, u fl-aħħar nett minn Kimberly Hatherly fl-2020. Dawn it-teżijiet iffukaw fuq gruppi partikolari ta’ varjanti. Fix-xogħol tiegħi ser inkun qed nagħmel referenza għalihom u fejn ikun possibbli nqabbel ir-riżultati miksuba minn dan l-istudju mar-riżultati li sabu dawn ir-riċerkaturi. Barra minn hekk, fit-tieni kapitlu se nagħmel għadd ta’ referenzi għal xogħlijiet oħra barranin li jitkellmu dwar il-varjazzjoni lingwistika, dan minħabba li dawn il-varjanti ma nsibuhomx biss fil-Malti, imma anke f’lingwi oħra barranin. Il-kapitlu tal-Metodoloġija ser jittratta l-proċess kollu ta’ dan l-istudju. L-ewwel taqsimiet ser jiffokaw fuq kif ġew magħżula l-varjanti u l-varjabbli soċjolingwistiċi flimkien mal-għażla tal-parteċipanti. Wara ser nitkellem fuq kif ġew imfassla l-kwestjonarji li permezz tagħhom stajt niġbor l-informazzjoni meħtieġa, li tista’ titqies li hija l-qofol tal-istudju. Naturalment, qabel ma sar l-istudju propja, kelli nagħmel studju pilota li serva ta’ gwida għal meta ġejt biex nagħmel l-istudju attwali tiegħi u swieli ta’ għajnuna kbira biex inkun naf kif se nikkomunika mal-parteċipanti tiegħi li ma stajtx niltaqa’ magħhom fiżikament minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Il-qofol ta’ dan l-istudju jintlaħaq fl-analiżi li hija maqsuma fi tliet kapitli differenti. Fl-ewwel żewġ kapitli ser nittratta l-għażla tal-varjanti tal-120 parteċipant f’relazzjoni mal-varjabbli soċjolingwistiċi magħżula għall-istħarriġ – fl-ewwel kapitlu l-varjabbli tal-età, u fit-tieni kapitlu l-varjabbli tal-ġeografija. Barra minn hekk, dawn iż-żewġ kapitli ser jinqasmu f’żewġ taqsimiet. Fl-ewwel taqsima ser niffoka fuq 60 parteċipant li mlew il-kwestjonarju darba bil-kitba, u t-tieni taqsima ser tittratta s-60 parteċipant l-oħra li l-ewwel imlew il-kwestjonarju bil-fomm, u wara ġimagħtejn bil-kitba. Fl-aħħar kapitlu jitqabblu r-riżultati miġbura mill-kwestjonarji tal-kitba mal-frekwenza tagħhom fil-Korpus tal-Malti. Fl-aħħar nett, nagħlaq din it-teżina b’konklużjoni ġenerali dwar ir-riżultati miksuba, niddiskuti jekk joħorġux xi tendenzi partikolari dwar il-kategoriji ta’ varjanti studjati. Barra minn hekk, nagħti xi suġġerimenti dwar xi studji li jistgħu jsiru fil-futur f’dan il-qasam.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese language -- Phoneticsen_GB
dc.subjectMaltese language -- Orthography and spellingen_GB
dc.subjectMaltese language -- Variationen_GB
dc.subjectSociolinguistics -- Maltaen_GB
dc.titleAnaliżi soċjolingwistika ta’ gruppi ta’ varjanti fonetiċi-ortografiċien_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorGrima, Cherise-Marie (2021)-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2021
Dissertations - FacArtMal - 2021

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
21BAMAL009.pdf
  Restricted Access
3.84 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.