Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8586
Title: Traduzzjoni mill-PSMC (Public Services Management Code)
Authors: Vella, Brendon
Keywords: Translation and interpreting
Public Services Management Code
Public administration -- Malta
Issue Date: 2013
Abstract: Fil-Miklem Malti, Erin Serraċino-Inglott jagħti t-tifsira tal-kelma 'kodiċi' bħala "ktieb li jiġbor fih il-liġijiet magħmula biex iħarsu l-jedd u d-dmir taċ-ċittadin". Il-Kodiċi għall-Ġestjoni tas-Servizzi Pubbliċi (Public Services Management Code) jiġbor fih ir-regolamenti, iċ-ċirkulari u l-politiki għall-ġestjoni tal-istaff fis-settur pubbliku. Għalkemm dan il-kodiċi huwa mmirat għal min għandu pożizzjoni maniġerjali fis-settur, u livell ta' edukazzjoni kemxejn għoli, jinkludi kundizzjonijiet tal-impjieg bħall-pagi, is-sahra, il-leave u tagħrif ieħor li kull ħaddiem għandu jkun konxju tagħhom. Dan il-kodiċi jinsab fuq is-sit elettroniku tal-Management and Personnel Office iżda teżisti biss verżjoni waħda bl- Ingliż u għalkemm l-Ingliż huwa lsien uffiċjali ta' Malta, tajjeb li jkollna verżjoni bil-Malti wkoll. In-nuqqas ta' kopja bil-Malti jistona mal-prinċipju ta' multilingwiżmu tal-Unjoni Ewropea fejn għalkemm fil-każ tar-Regolamenti, id-Direttivi, id-Deċiżjonijiet u l- Komunikazzjonijiet ta' dawn l-istituzzjonijiet il-Malti jitqies importanti daqs it-tnejn u għoxrin lingwa oħra, dan mhuwiex il-każ fir-rigward ta' dan il-kodiċi mfassal u maħsub esklussivament għall-ħaddiema ċivili f'Malta. Għaldaqstant, l-għan ta' dan l-istudju huwa li jsiru l-ewwel passi sabiex bħalma l- Liġijiet kollha ta' Malta jinsabu biż-żewġ lingwi uffiċjali, dan ikun il-każ ukoll għall-Kodiċi għall-Ġestjoni tas-Servizzi Pubbliċi.
Description: M.A.TRANSLATION
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8586
Appears in Collections:Dissertations - FacArtTTI - 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
13MATIS004.pdf
  Restricted Access
1.41 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.