Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8829| Title: | Kompilazzjoni ta' glossarju ta' għodda tal-mekkanik |
| Authors: | Spiteri, Gordon Lee (2013) |
| Keywords: | Automobile mechanics -- Malta Industrial arts -- Terminology Automobiles -- Maintenance and repair -- Equipment and supplies |
| Issue Date: | 2013 |
| Abstract: | Din it-teżi għandha l-għan li tiġbor l-ismijiet bl-Ingliż ta’ għadd ta’ biċċiet tal-għodda li l-mekkaniks jużaw f’xogħolhom u tagħti l-ekwivalenti tagħhom bil-Malti. Minkejja li l-għodda jkollha l-ekwivalenti tagħha bil-Malti, dan mhux dejjem jintuża. Bħal karozzi u ħafna affarijiet oħra fid-dinja, kulma tmur l-għodda dejjem tiżviluppa u toħroġ għodda ġdida biex taqdi l-bżonnijiet ta’ min jużaha. Peress li tkun għodda ġdida, ma jkollhiex isem bil-Malti u għalhekk ikun irid jinħoloq terminu ġdid għaliha. Din tista’ tkun waħda mir-raġunijiet għala ma jintużax l-isem bil-Malti. Raġuni oħra għala jintuża t-terminu bl-Ingliż hija għall-ekonomija. Peress li l-ekwivalenti bil-Malti aktarx ikun parafrasi ta’ x’tagħmel l-għodda aktar milli isem ieħor, għall-ħeffa u l-preċiżjoni jintuża l-isem bl-Ingliż. Dan l-istudju għandu l-għan ukoll li jagħti l-funzjoni bażika u stampa tal-għodda msemmija, anke għal dawk id-dilettanti ta’ din is-sengħa jew riċerkaturi li jiltaqgħu ma’ ismijiet ta’ għodda li ma jkunux jafu eżatt x’inhuma u l-funzjoni tagħhom. Hekk dan il-glossarju jkun qed jimla vojt li hemm f’dan il-qasam fil-lingwa tagħna u jkompli jwessa’ l-vokabolarju Malti. Barra dan kollu, it-teżi qed tippreżenta l-glossarju flimkien mal-informazzjoni kollha miġbura dwar l-għodda f’format elettroniku permezz tal-SDL MultiTerm, database għat-tradutturi fost l-aktar użata u mifruxa fil-qasam tat-traduzzjoni. L-għan ewlieni ta’ din id-database huwa li l-glossarju jkun jista’ jiġi aġġornat meta u kif meħtieġ mingħajr il-bżonn li l-glossarju jiġi pubblikat mill-ġdid. Aktar minn hekk, il-glossarju jista’ jikber ferm aktar mingħajr il-limitazzjonijiet li t-teżi hija marbuta bihom u dan huwa mod konvenjenti kif jista’ jsir. Fl-istess ħin, l-aċċess għal dan il-glossarju jkun akbar u ferm aktar konvenjenti bid-disponibbiltà tal-glossarju f’dan il-format. |
| Description: | M.A.TRANSLATION |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8829 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArtTTI - 2013 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 13MATIS023.pdf Restricted Access | 3.23 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
