Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8858
Title: Sehem ix-xoghlijiet letterarji ewlenin ta' Juann Mamo ghad-dizzjunarju tal-Malti
Authors: Zahra, Clifford Jo
Keywords: Mamo, Gwann, 1886-1941 -- Criticism and interpretation
Linguistic analysis (Linguistics)
Maltese literature -- 20th century
Issue Date: 2013
Abstract: L-għan ewlieni li xtaq jaqdi dan ix-xogħol kien li jkun wieħed mis-sorsi għall-aġġornament tad-dizzjunarju ta’ Ġużè Aquilina. Din il-premessa madanakollu xorta waħda ħalliet spazju għat-tentattiv li jkun studjat b’mod rigoruż u sħiħ il-lingwaġġ maħsub ta’ Mamo. Minkejja listil għalkollox mexxej u popolesk li jsawwar kitbietu, il-Malti użat huwa bil-wisq partikulari u li jvarja minn użu ta’ kliem jew battuti li naqsu fil-popolarità tagħhom maż-żmien għal innovazzjonijiet ta’ awtur li fi lsien art twelidu dejjem lemaħ il-materja prima kollha meħtieġa għall-komunikazzjoni bejn ħutu l-Maltin. Għalkemm l-ewwel darba li smajt bi Juann Mamo kien fl-ewwel sena tiegħi fl-Università, xorta waħda laqatni minnufih minħabba fis-soċjorealiżmu tiegħu. B’xorti tajba kont preżenti wkoll għat-tnedija ta’ Ġrajja Maltija: Ġabra ta’ Novelli ta’ Mark Vella fl-2010 ġewwa l-Bibljoteka Nazzjonali – avveniment li kompla kulma jmur iħeġġiġni sabiex naqra r-rumanz Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka, li huwa r-rumanz waħdieni tiegħu iżda li għalih huwa bil-bosta msemmi. F’dan l-istadju, li fih jien kont għalkollox sajjem minn x’għad tista’ tkun ittema tat-teżina tiegħi, kont qrajt biss l-edizzjoni tas-Sensiela Kotba Soċjalisti b’daħla ta’ Evarist Bartolo. Madanakollu, minħabba xi nuqqasijiet editorjali li fiha din l-edizzjoni u n-natura tal-istudju mressaq lili ftit iżjed minn sena wara, kien jirrikjedi li nagħmel referenza kontinwa għall-ewwel edizzjoni tar-rumanz, dik li ġabret il-faxxikli ta’ bejn l-1930 u l-1931 u miġjuba b’ortografija awtentika tal-ewwel terz tas-seklu l-ieħor.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8858
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
13BAMAL031.pdf
  Restricted Access
2.66 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.