Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8897| Title: | Figaro (1896-1897) : taht id-direzioni ta Don Basilio : giurnalett umoriticu, filodrammaticu u filarmonicu |
| Authors: | Farrugia, Maria |
| Keywords: | Maltese newspapers -- History -- 19th century Maltese poetry -- 19th century Maltese drama -- 19th century |
| Issue Date: | 2013 |
| Abstract: | Il-ġlieda għall-unifikazzjoni tal-Italja kellha effetti fuq il-ħajja kulturali Maltija. Il-kitba fil-gazzetti Maltin f’dan il-perjodu nbidlet. Peress li ma kienx hemm ċensura aktar sa mill-1839, il-Maltin kienu qegħdin jibdew jieħdu l-kunfidenza fil-qasam tal-kitba fil-gazzetti. Qabel l-1839 sabiex jinħareġ il-permess għall-istampar kien hemm proċess twil ta’ xogħol. Fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann il-kitba preżentata kif ukoll il-petizzjonijiet kienu jiġu ndirizzati lill-Granmastru tal-Ordni (Żammit, L-Istorja ta’ l-Istampar f’Malta 80). Biċċiet minn dawn il-kitbiet ma kinux ta’ suċċess u ma damux ma waqfu. Ħaġa interessanti hija li ħafna edituri tal-gazzetti kienu jikkustinjaw bejniethom. Pereżempju, jekk kien ikun hemm xi tmaqdir fuq xi gazzetta, gazzetta oħra kienet tirrispondiha lura f’xi forma ta’ poeżija, naturalment b’mod sarkastiku. L-ilmenti kienu jispikkaw l-aktar fil-qasam politiku. F’ħafna minn dawn il-gazzetti jintuża lingwaġġ ironiku għall-aħħar. Bla dubju, il-lingwa tal-gazzetti xxaqleb ħafna lejn dik Taljana. Dan huwa anki riżultat tal-fatt li f’Malta ġew ħafna refuġjati li influwenzaw il-letteratura Maltija. Ta’ min jinnota li lejn l-aħħar tas-seklu dsatax u l-bidu tas-seklu għoxrin kien hemm diversi artikli fil-gazzetti dwar il-kwistjoni tal-lingwa. L-Ingliżi bdew jagħmlu minn kollox sabiex it-Taljan jinqered għalhekk kien hemm ġlieda kontinwa bejn dawn iż-żewġ lingwi : l-Ingliż u t-Taljan, u bħala riżultat kienu żviluppaw l-partiti politiċi, li ħolqu ħafna diskussjonijiet u argumenti jaħarqu, speċjalment permezz ta’ kitba fil-gazzetti. Sfortunatament, Malta ma tantx kellha ħakkiema li kienu jagħtu kas il-poplu Malti, anzi kienu aktar moħħhom biex jaraw minn fejn ser jiksbu aktar flus. Il-maġġoranza tal-Maltin kienu għadhom illiterati u dan il-fatt dejjem ħallihom lura u ʾl bogħod mill-progress. Apparti minn hekk, il-poplu Malti kien nieqes mill-kuxjenza politika minħabba l-faqar u n-nuqqas ta’ qari li bla dubju kien jagħmel lill-poplu konxju dwar id-drittijiet tiegħu. Allura l-introduzzjoni tal-gazzetti f’Malta swiet mhux biss ta’ ġid bħala sors tajjeb ta’ informazzjoni għall-qarrejja iżda għenet ukoll fil-qasam tal-edukazzjoni. Illum il- ġurnata wieħed ma jagħtix kas kemm hi importanti l-liberta’ tal-istampa u xi kultant jinsa kemm missirijietna tħabtu għal dan id-dritt. |
| Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8897 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2013 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 13BAMAL014.pdf Restricted Access | 4.11 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
