Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8899| Title: | Il-poeziji ta' Manwel Dimech |
| Authors: | Micallef, Jessica |
| Keywords: | Dimech, Manwel, 1860-1921 -- Criticism and interpretation Patriotism in literature Lyric poetry |
| Issue Date: | 2013 |
| Abstract: | L-ewwel kapitlu jittratta t-tema rikorrenti ta’ Malta fil-poeżiji ta’ Manwel Dimech. It-tliet innijiet lil Malta juru x-xewqa li Malta tkun libera u li jkollha wkoll l-identità tagħha. Numru ta’ poeżiji jittrattaw it-tema tal-isfruttament ta’ Malta min-naħa tal-barranin u l-Maltin li m’huma qed jagħmlu xejn biex jibdlu s-sitwazzjoni, waqt li oħrajn huma poeżiji ta’ tifħir li jidealizzaw lil Malta u jemmnu li dak kollu li hu Malti hu tajjeb u divin. Ma nsibux poeżiji li fihom ixejjen id-dinjità tal-Maltin, ħlief meta jitkellem dwar Maltin li daru kontra art twelidhom. It-tieni kapitlu jittratta lil Manwel Dimech bħala l-Imdawwal u jiffoka fuq is-sens ta’ emanċipazzjoni li ried inissel fil-Maltin permezz tal-poeżiji tiegħu. Dimech ried jara bidla fis-soċjetà Maltija u fil-moħħ tal-Maltin; ried li kulħadd, mill-ogħla persuna sal-inqas annimal, jingħata d-drittijiet. Dimech jara kuntrasti kbar bejn il-poplu fqir u l-awtorità sinjura u dejjem jissimpatizza mal-bniedem meqjus bħala inferjuri. Il-biċċa l-kbira tal-prinċipji li kienu jħaddnu Manwel Dimech u x-Xirka tal-Imdawlin jidhru filpoeżiji tiegħu, li l-awtur jużahom bħala strument ta’ kuxjentizzazzjoni. It-tielet kapitlu jittratta l-poeżija lirika li tesprimi sentimenti u emozzjonijiet. Marreliġjon jorbot sentiment li ħalla effett kbir fuq Manwel Dimech, minkejja li kien skumnikat mill-Knisja għal perjodu ta‘ żmien. It-telfa tal-Lajs xettlet fih rabja li bidilha f’ħidma għal Malta aħjar. Il-poeżija tiegħu hija mimlija emozzjonijiet ta’ ferħ, biki, rabja, u dwejjaq, u sens ta’ kburija li permezz tagħhom faċli biex il-qarrejja ta’ Dimech jitwaħħdu mal-poeżija tiegħu. Għalkemm dan l-istudju jiffoka fuq il-kitba kreattiva ta’ Dimech, irid bilfors jibda b’ħarsa lejn il-personalità tiegħu, speċjalment bħala politiku u ribell. |
| Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8899 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2013 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 13BAMAL019.pdf Restricted Access | 2.23 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
