Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8900
Title: Ir-registru tal-kcina fl-ilsien Malti, b'rabta mal-platti tal-fenek
Authors: Fenech, Deborah
Keywords: Maltese language -- Variation
Maltese language -- Lexicology
Cooking, Maltese
Issue Date: 2013
Abstract: Il-ħtieġa ewlenija ta’ din it-teżi hi li niġbor ir-reġistru ħaj ta’ kliem bil-Malti li jintuża fir-riċetti Maltin. Barra minn hekk, nixtieq nuri u nqajjem kuxjenza kemm il-lingwa Maltija żviluppat ir-reġistru tal-kċina. Tajjeb li jidħol kliem ġdid minn lingwi barranin, madanakollu nidejjaq nisma’ lil xi individwu juża kelma bl-Ingliż imdawra bil-Malti minflok juża l-kelma Maltija, bħal ngħidu aħna “jibbojlja” minflok jiftaħ jagħli jew ibaqbaq jew “jissiljah” minflok taqtgħu mid-demm. Għalhekk tajjeb li jkun hemm bilanċ bejn l-użu ta’ kliem missellef u dak nattiv. Mhux l-ewwel darba li waqt ir-rokna tat-tisjir waqt xi programm tat-televiżjoni jew tar-radju, il-kok iħallat il-Malti u l-Ingliż b’mod li tinduna li ma kienx hemm preparazzjoni minn qabel. Dan jiġri l-aktar pereżempju meta l-kok jagħti l-użin meħtieġ għal xi riċetta partikolari, ngħidu aħna mija u ħamsin gramma u mhux “150grams”. Jidher li fuq il-programmi hemm it-tendenza li meta jlissnu n-numri jgħiduhom bl-Ingliż u mhux bil-Malti. Dan forsi minħabba li n-numri bil-Malti huma xi ftit itwal biex jingħadu u allura iktar prattiku li n-numri jitlissnu bl-Ingliż? Jew forsi għax drajna wisq nużaw in-numri bl-Ingliż? Fit-teżi ta’ Daniel Colombo, wieħed mill-kummenti ta’ kritika li ġabar kien jittratta dan. L-ilment li deher fuq it-Times Of Malta kien jgħid li n-numri bil-Malti għandhom jingħadu iktar filwaqt li “jikkritika l-użu tan-numri bl-Ingliż speċjalment fil-midja.” (Colombo 35) Dan l-istess qarrej jibża’ li “n-numri bil-Malti jintilfu bħal ħafna idjomi u espressjonijiet oħra.” (Colombo 35) Tajjeb ukoll li t-titli tar-riċetti jkunu bil-Malti: Fenek Moqli u mhux “Fried Rabbit”, jew Torta tat-Tuffieħ u mhux “Apple Pie”. Ir-riċetta nnifisha għandha tingħata u tingħad bil-Malti. Mhux l-ewwel darba li meta r-riċetta tiġi preżentata fil-grafika mkarkra din tkun bl-Ingliż u mhux bil-Malti. B’dan kollu l-għan ewlieni tax-xandir ikun jista’ jintlaħaq għax wara kollox; l-programmi fuq it-televiżjoni u anke dawk ta’ fuq r-radju huma fid-dover li jippreżentaw lill-udjenza tagħhom firxa wiesgħa ta’ Malti tajjeb u mhux għal taħlit ta’ Malti u Ingliż mingħajr konsistenza. Għaldaqstant nixtieq li din it-teżi sservi ta’ referenza u ta’ għajnuna lix-xandara u lill-mistiedna tagħhom meta jiġu f’dubju jew f’diffikulta dwar x’kelma jew kliem l-aħjar li jużaw.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8900
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
13BAMAL015.pdf
  Restricted Access
2.82 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.