Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8960
Title: Il-varjanti tal-plural fil-Malti
Authors: Farrugia, Adreana
Keywords: Maltese language -- Variation
Maltese language -- Number
Maltese language -- Social aspects
Issue Date: 2013
Abstract: Sikwit niltaqa’ ma’ mistoqsijiet bħal: “liema plural hu tajjeb? Tazzi jew tazez? Xkaffi jew xkafef? Kaxxi jew kaxex? Tekniċi jew tekniki? Tikkiet jew tikek? Bandieri jew bnadar?... U nistgħu nibqgħu sejrin hekk għal mijiet ta’ nomi u aġġettivi. Fil-fatt f’Kapitlu 2 ta’ din it-teżi rnexxieli niġbor madwar 923 minn dawn il-varjanti u konxja wkoll mill-fatt li hemm ħafna aktar. Iżda diffiċli tiġbor kull kelma minn fuq fomm kull kelliem. Kull kelma kapaċi tinfletti f’kull forma, iżda huma l-kelliema li jfasslu l-lingwa u jiddeċiedu liema forma jużaw. L-istudju jinqasam fi tliet kapitli. L-ewwel kapitlu jinqasam f’żewġ taqsimiet. Fl-ewwel taqsima tingħata d-definizzjoni ta’ varjetà u ta’ pluralità fil-lingwa u fil-Malti. It-tieni taqsima tiġbor l-istudji ta’ x’sar s’issa fuq dan il-qasam fil-Malti u anka f’lingwi barranin. Fit-tieni kapitlu, apparti li ġbart dawn il-varjanti, ikklassifikajthom grammatikalment skont il-binja morfoloġika tagħhom. Iżda dan mhux biżżejjed għaliex dan l-aspett tal-lingwa jeħtieġ narawh jitħaddem fost il-kelliema nattivi tal-Malti. Għalhekk it-tielet kapitlu juri d-diversità fit-tħaddim ta’ dan il-fenomenu lingwistiku fost il-kelliema permezz ta’ żewġ esperimenti. L-ewwel esperiment hu magħmul bi kwestjonarju b’numru ta’ sentenzi fis-singular biex 60 kelliem nattiv jaqilbuhom fil-plural u hekk jiġu nnutati tendenzi differenti fost il-kelliema. It-tieni esperiment jistħarreġ it-tħaddim ta’ dan il-fenomenu fil-kitba permess tal-Korpus tal-MLRS. L-għan wara dan l-istudju hu li filwaqt li s’issa għad għandna biss impressjonijiet dwar dan il-fenomenu, din it-teżi tkun l-ewwel studju dettaljat fuq dan l-aspett fil-Malti. Għalhekk, peress li l-ewwel esperiment hu ristrett għal 60 kelliem biss, ’il quddiem jista’ jsir studju aktar fil-fond fost numru akbar ta’ kelliema u fuq numru akbar ta’ varjanti u f’lokalitajiet aktar mifruxa. Lil hinn minn dan l-għan, wieħed ma jistax ma japprezzax ir-rikkezza morfoloġika u lessikali tal-lingwa Maltija.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8960
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
13BAMAL012.pdf
  Restricted Access
2.33 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.