Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8961
Title: Analizi tal-izbalji ortografici li saru fl-ezami tal-matrikola tal-Malti fl-2011
Authors: Dimech, Desiree`
Keywords: Maltese language -- Orthography and spelling
Spelling errors
Maltese language -- Examinations, questions, etc.
Issue Date: 2013
Abstract: Il-kitba bil-Malti titqies bħala żvilupp pjuttost reċenti fil-lingwa għax kif tgħid l-A.M, fl- “ebda żmien tal-ġrajja tal-gżira ma nħass il-bżonn li jinkiteb il-Malti daqskemm jinħass fi żmienna. Billi l-istorja tal-kitba m’ilhiex wisq li bdiet tieħu l-istatura tagħha, “nistgħu ngħidu, li għadha titrabba, jew aħjar li għadha ma tellgħetx id-darsa tal-għaqal” (A.M: 2004 xii). Il-kitba bil-Malti taf il-bidu tagħha lura fs-seklu 16, fejn jingħad li l-eqdem ktieb bil-Malti hu l-Ktieb tad-Duttrina Nisranija tradott għall-Malti u li fuqu saru bosta xogħlijiet oħra. Kienu żminijiet li fihom il-poplu ma kienx jaf jaqra u dawk li kienu jħeġġu ruħhom għat-tagħlim, ma kinux jiktbu bil-Malti “ħlief għall-bżonn biex jiftiehmu ma’ nies li ma jifhmux bit-Taljan” (A.M: 2004 xii). Għalhekk, l-ortografija ta’ dak iż-żmien kienet ibbażata fuq dik tat-Taljan “kif aktarx għadha sal-lum” (A.M: 2004 xii). Kien proprju minn dan iż-żmien li bdew isiru l-ewwel tenattivi ta’ kitba bil-Malti. Fl-1750, il-Kanonku Ġan Franġisk Aguis De Soldanis kien l-ewwel wieħed li “tqanqal biex jikteb grammatika ċkejkna” bl-għan li l-Malti mitħaddet jissarraf f’kitba. Iżda, l-aqwa xogħlijiet ħarġu mingħand Mikiel Anton Vassali, magħruf aħjar bħala l-Missier tal-lingwa Maltija, speċjalment bil-kontribut tad-dizzjunarju.Kien hu l-ewwel wieħed li għal kull leħen għażel u sawwar ittra waħda” (A.M: 2004 xiii) skont ix-xeħta tal-ilsien Malti. Wara diversi kitbiet li nibtu mix-xogħlijiet ta’ De Soldanis u Vassalli, fosthom ta’ Dr. Ludovico Mifsud Tommasi b’ L’Inni Imkazza; u manuskritti oħra “kien jonqos ħaġa u din kienet l-aqwa: ftehim u għaqda fuq l-ortografija” (A.M:2004 xv). L-A.M tgħid li t-tieni żmien tal-kitba Maltija hu dak tat-twaqqif tagħha li dan jaf il-bidu tiegħu mill-1840 meta s-Societa Medica ħatret kummissjoni biex tifli dak li kien kiteb u qal il-Professur Zerafa fuq il-Malti. Għalhekk, qatgħetha li twaqqaf alfabett fonetiku biex fuqu l-imseħbin tax-Xirka joħolqu l-kitba tagħhom. Is-Societa Medica kienet l-ewwel waħda li daħlet il-konsonanti w fl-alfabett filwaqt li flistess sena, i.e. 1840, l-Accademia Filologica Maltese fasslet alfabett ieħor bi 33 ittra bl-għan li “tgħallem il-kitba Taljana bil-Malti”. Dan l-aħħar alfabett jinkludi ittri bħal k u x li leħnihom ma jaqbilx ma’ dawk tal-Latin, ngħidu aħna, kampiena, xrara, xemx, u grafemi oħra bħal għ, ħ u ż li leħinhom ma jinsabx fil-kitba Taljana, pereżempju , għajn, forogħ, ħadem, żarżar. Billi xi ittri bħal c u g kienu jidhru f’ittri oħra, i.e.ca u ga jew ce, gew, “fixkel lil ħafna kittieba li ma jafux kif għandhom jiktbu” (A.M: 2004 xv). Għaldaqstant,ix-Xirka Xemija ħasbet biex tniedi alfabett ieħor, din id-darba wieħed fonetiku li jinkludi 29 ittra “li jagħtu l-leħnijiet tal-vokali u l-konsonanti” kif nafuhom illum (A.M. 2004: xvi). Iżda, filwaqt li l-għan tiegħu kien li jifforma alfabett stabbli, iħaddan ċerti ittri li mhumiex konformi mal-ittri Maltin, i.e. c għall-ċe u j għall-ġe. Minekjja dan lisforz, xorta waħda ma kinux stabbiliti regoli ortografiċi fissi. L-A.M. taħseb li l-ortografija “aktarx issibha mibnija fuq il-widna u l-kappriċċ ta’ kif wieħed jidhirlu jew jifhem li jista’ jfisser ruħu” (xviii) u dan jidher l-iktar f’xi dizzjunarji jew fil-ġurnali.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8961
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
13BAMAL011.pdf
  Restricted Access
6.5 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.