Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8965
Title: Xejriet stilistici fil-kelma ta' politici Maltin ewlenin
Authors: Bonello, Francesco
Keywords: Speeches, addresses, etc.
Maltese language -- Style
Discourse analysis
Maltese language -- Political aspects
Issue Date: 2013
Abstract: L-għan ta’ din it-teżi huwa wkoll li juri x-xejriet stilistiċi li l-kelliema nqdew bihom tul iljiem meta huma kienu qegħdin jippromwovu x’għamel il-partit tagħhom u x’kien ser joffri l-partit tagħhom fil-futur jekk ikunu eletti fit-tmexxija tal-pajjiż. Dan se jiġi mfisser fid-dettall, bi kwotazzjonijiet diretti fit-tielet u fir-raba’ kapitlu. F’waqtiet oħrajn f’dan l-istudju ser nuri l-frekwenza tal-pronomi personali użati miż-żewġ kelliema u l-għan aħħari għaliex intużaw b’mod speċifiku ċerti pronomi u mhux oħrajn. Għan partikolari huwa li nikteb dwar l-użu tal-pronom ‘jien’ u kif dan jirrifletti fl-istil personali tal-kelliem. F’din it-teżi ser nistudja wkoll eżempji ta’ stilizzazzjoni mill-kelliema. Punt ta’ relevanza ogħla huwa li f’din it-teżi ser nagħti eżempji speċifiċi bil-frekwenza tal-kliem essenzjali li jsawwar il-biċċa l-kbira tad-diskorsi tal-kelliema. Dan leżerċizzju juri wkoll uħud mill-kelmiet-muftieħ li huma l-qofol tad-diskorsi ta’ Gonzi u Muscat. Barra minn hekk, f’dan l-istħarriġ ser jidher ukoll il-mod kif il-kelliema nqdew b’lessiku differenti meta rreferew għat-tfal, għaż-żgħażagħ, għall-anzjani u għall-familji jew għall-kategoriji speċifiċi ta’ nies bħall-ħaddiema u bħan-nisa. Tul dan l-istħarriġ ser nirreferi għal Dr. Gonzi u Dr. Muscat bħala ż-żewġ mexxejja taż- żewġ partiti rispettivi tagħhom u mhux bil-karigi tagħhom ta’ meta saru d-diskorsi (Settembru 2012). Huma kienu qegħdin jitkellmu f’isem il-partit li jmexxu waqt dawn l-attivitajiet politiċi tal-partit tagħhom u għaldaqstant huma ma kinux qegħdin jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta’ Prim Ministru u Kap tal-Oppożizzjoni. Nemmen li dan ix-xogħol ser jixħet dawl ġdid fuq il-qasam tal-lingwaġġ politiku f’Malta, aktar u aktar minħabba l-fatt li dan il-qasam qatt ma ġie studjat f’pajjiżna.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8965
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
13BAMAL004.pdf
  Restricted Access
2.06 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.