Programm ta’ siegħa li jesplora r-rumanz tal-1939 miktub minn Ġużè Bonnici, Ħelsien. Claudia Gauci u Leanne Ellul jaqraw ir-rumanz u jikkummentaw dwar il-karattri, it-tematika, l-isfond stortiku u dak kollu li jagħmel ir-rumanz li hu. Dan ir-rumanz huwa mistħarreġ mill-qrib mill-istudenti fil-postsekondarja u għaldaqstant il-programm għandu jiswiehom ta' għajnuna. Fl-istess waqt, għandu jkun programm pjaċevoli għal kull min iħobb storja intriganti u xi ftit mużika Maltija wkoll. Ħelsien jixxandar kull nhar ta' Tlieta fil-17:00 b'repetizzjoni fl-22:00 u l-Ħadd fis-14:00 fuq Campus 103.7.