Menu

Learn

Riċerkaturi: is-sitt ħarġa

Id-Dipartiment tal-Malti għadu kemm ħareġ is-sitt edizzjoni ta’ Riċerkaturi, b’sitt artikli msejsa fuq uħud mill-aħjar teżini tal-BA (Unuri) fil-Malti tal-2024. Din il-ħarġa tiġbor riċerka dwar temi bħall-mara tal-antieroj fil-letteratura Moderna (Shannon Fenech), in-nomi inaljenabbli fil-Malti (Sumeia El Raes), l-adattament tar-rumanz f'film (Louisiana Micallef), il-ġens grammatikali li jieħu kliem bl-Ingliż marbut mal-pandemija Covid-19 (Amy Christine Pace), in-narrattiva storika kontemporanja fl-isfond storiku tas-snin tmenin (Ilona Sciberras), u l-intensitajiet spiritwali fil-ġabra poetika Għera ta’ Gioele Galea (Marla Xuereb).

Il-volum jiftaħ b’kelmtejn tal-Prof. Michael Spagnol, l-editur tar-rivista, dwar l-ispirtu kollaborattiv fil-qalba tar-riċerka fl-ewwel grad. L-artikli jinsabu online wkoll.

 

[ENG]

Riċerkaturi: sixth edition

The Department of Maltese at the University of Malta has just published issue no. 6 of Riċerkaturi, featuring a selection of outstanding BA (Hons) theses in Maltese from 2024. This edition brings together a range of new studies on themes such as the woman of the anti-hero in modern Maltese literature (Shannon Fenech), inalienable nouns in Maltese (Sumeia El Raes), adaptation from novel to film (Louisiana Micallef), the grammatical gender assigned to English nouns related to the Covid-19 pandemic (Amy Christine Pace), contemporary readings of Maltese fiction from the 1980s (Ilona Sciberras), and spiritual intensities in Gioele Galea’s poetry collection Għera (Marla Xuereb).

The volume opens with a foreword by Prof. Michael Spagnol, editor of the journal, reflecting on the collaborative spirit that shapes undergraduate research. The articles are also available online.


Categories