Event: Borma Tbaqaq: Il-Lingwa tal-Kċina
Date: L-Erbgħa, l-11 ta' Marzu 2026
Time: 18:00
Venue: Main Library, Periodicals Department, Level 1 UM Msida Campus
Il-borma qed tbaqbaq….u dalwaqt tfur!
Taħseb li fis-soċjetà Maltija l-mara għandha l-istess drittijiet bħar-raġel? In-nisa tassew jistgħu jgħidu li qed jgħixu f’sigurtà? Kemm hawn għarfien dwar il-qagħda tal-mara fis-sistema edukattiva tagħna, u kemm qiegħed il-qafas legali jipproteġi lill-mara kontra każijiet ta’ femiċidju u vjolenza domestika?
Kemm għad hawn stejjer, forsi moħbija taħt it-tapit, li huwa wisq komdu għalina li ninjoraw? Forsi wasal iż-żmien li nħallu l-borma tbaqbaq u tfur!
Borma Tbaqaq: Il-Lingwa tal-Kċina kienet rapprezentazzjoni teatrali femminista miktuba minn Valerie Buhagiar, Angele Galea u Pauline Fenech li esplorat dawn il-mistoqsijiet. Intom mistedin taraw xena qasira minn dan ix-xogħol teatrali fejn il-Mara l-Ħoxna u l-Istatwa l-Imwaqqa’ jqanqlu ċertu ħsibijiet fuq dawn it-temi biex wara llkoll flimkien inkunu nistgħu niddiskutuhom iktar fil-fond.
Irreġistra biex tattendi hawn.
Wara l-avveniment, ser ikun hemm opportunita' ta' networking kif ukoll xi refreshments għal min jattendi.