Menu

Ġimgħa tal-Malti

Event: Ġimgħa tal-Malti

Date: 12-18 October

Time: Various

Venue: Various

L-ewwel edizzjoni tal-Ġimgħa tal-Malti se ssir bejn it-12 u t-18 ta’ Ottubru 2026, b’taħdita pubblika, kwiżż, attivitajiet għall-istudenti u kampanja fuq ir-radju, it-televiżjoni u l-mezzi soċjali.

L-inizjattiva tistieden lil kulħadd, anki lil min qed jitgħallem il-Malti, biex iħaddem il-lingwa fil-ħajja ta’ kuljum. Il-ġimgħa taħbat mal-Jum Dinji tad-Dizzjunarju (16 ta’ Ottubru) u mal-anniversarji tat-twelid u l-mewt ta’ Dun Karm, il-poeta nazzjonali.

Nhar l-Erbgħa 14 ta’ Ottubru, Dr Olvin Vella se jagħti t-taħdita pubblika Malti Safi jew Malti Pur? fil-bini tal-Fondazzjoni tal-Arkivji Notarili fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta, fis-18:30. It-taħdita se tesplora l-iżvilupp storiku tal-Malti u l-ideat marbuta mal-lingwa. Iktar dettalji online.

Nhar is-Sibt 17 ta’ Ottubru, fis-19:00, fil-Klabb tal-Boċċi ta’ Ħal Lija, se jsir Aqta’ Xiex, kwiżż divertenti maqsum f’ħames partijiet. Se tmexxih Rachel Micallef, magħrufa għar-rwol ta’ Ruth fit-teleserje Simpatiċi, bis-sehem mużikali ta’ Marija Bellia, finalista tal-aħħar edizzjoni ta’ Mużika Mużika. Iktar dettalji online.

Id-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta u l-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti se jorganizzaw attività interattiva għall-istudenti tas-sitt sena u tat-tmien sena. Permezz tal-mużika, il-logħob u t-taqbil, atturi żgħażagħ se jlaqqgħuhom ma’ Dizzjunarju.mt, id-Dizzjunarju Nazzjonali tal-Malti, biex jgħinuhom jilħqu l-kisbiet mit-tagħlim tal-Malti għal dawn is-snin.

Matul il-ġimgħa, it-tim ta’ Dizzjunarju.mt se jniedi wkoll kanzunetta oriġinali fuq il-mezzi soċjali biex iqarreb lill-pubbliku lejn id-dizzjunarju. Il-mużika hi ta’ Daniel Cauchi, li kklassifika fit-tieni post fl-aħħar edizzjoni ta’ Mużika Mużika, u l-kliem ta’ Michael Spagnol u Bradley Cachia.

Fiċ-ċelebrazzjoni se jieħdu sehem ukoll diversi wċuħ familjari, fosthom Keith Demicoli, Ron Briffa, Eileen Montesin, Christine Haber, Marvic Camilleri u Josline Camilleri.

Kulħadd jista’ jieħu sehem, ikun fejn ikun, billi jaqra ktieb jew jisma’ ftit mużika bil-Malti, inkella billi jiskopri xi kelma jew espressjoni bil-Malti. Kartolina jew invit tat-tieġ jista’ jagħmilhom bil-Malti. L-iskejjel, il-ħwienet tal-kotba u l-għaqdiet huma mħeġġa jorganizzaw xi attività dwar il-Malti.

In-negozji jistgħu jagħżlu ismijiet Maltin għall-ħwienet jew l-inizjattivi tagħhom, u r-ristoranti jibdew joffru menù bil-Malti wkoll. Id-dipartimenti tal-gvern, il-kunsilli lokali u entitajiet oħra jistgħu jaraw li t-tabelli u l-avviżi tagħhom ikunu bil-Malti wkoll. L-għan hu li din il-ġimgħa tħalli warajha drawwiet u għażliet li jagħtu aktar spazju lill-Malti matul is-sena kollha.

Għal aktar tagħrif u aġġornamenti dwar il-Ġimgħa tal-Malti, segwu lil Dizzjunarju.mt fuq Facebook, Instagram, TikTok u YouTube.

________

The first edition of the Ġimgħa tal-Malti (Maltese Language Week) will take place from 12 to 18 October 2026, with a public talk, a quiz, activities for students, and a campaign across radio, television and social media.

The initiative invites everyone, including those learning Maltese, to use and enjoy the language in everyday life. The week coincides with World Dictionary Day on 16 October and with the anniversaries of the birth and death of Dun Karm, Malta’s national poet.

On Wednesday 14 October, Dr Olvin Vella will deliver the public talk Malti Safi jew Malti Pur? at the Notarial Archives Foundation in St Paul Street, Valletta, at 18:30. The talk will explore the historical development of Maltese and the ideas and attitudes associated with the language. More details online. 

On Saturday 17 October, at 19:00, the Ħal Lija Boċċi Clubhouse will host Aqta’ Xiex, an entertaining five-round quiz. It will be hosted by Rachel Micallef, well known for her role as Ruth in the television series Simpatiċi, with a musical performance by Marija Bellia, a finalist in the most recent edition of Mużika Mużika. More details online.

The Department of Maltese at the University of Malta and Maltese Language Education Officers will also organise an interactive activity for Year 6 and Year 8 students. Through music, games and rhyme, young actors will introduce students to Dizzjunarju.mt, the National Dictionary of Maltese, while helping them work towards the Maltese-language learning outcomes for their respective year groups.

During the week, the Dizzjunarju.mt team will also launch an original song on social media to bring the public closer to the dictionary. The music is by Daniel Cauchi, who placed second in the most recent edition of Mużika Mużika, with lyrics by Michael Spagnol and Bradley Cachia.

A number of familiar faces will also take part in the celebrations, including Keith Demicoli, Ron Briffa, Eileen Montesin, Christine Haber, Marvic Camilleri and Josline Camilleri.

Everyone can take part, wherever they may be, by reading a book, listening to music, or sharing a Maltese word or expression. People can also choose Maltese when writing a birthday card or preparing wedding invitations. Schools, bookshops and organisations are encouraged to organise their own activities, such as readings or evenings of Maltese music and poetry.

Businesses can choose Maltese names for their shops or initiatives, while restaurants can offer menus in Maltese. Government departments, local councils and other entities are encouraged to ensure that their signs and notices are also available in Maltese, written clearly and correctly. The aim is for the week to leave behind habits and choices that give Maltese a greater presence throughout the year

For further information and updates about Maltese Language Week, follow Dizzjunarju.mt on Facebook, Instagram, TikTok and YouTube.


Categories