Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13335
Title: Il-varjazzjoni lingwistika fit-taħdit tal-Beltin
Authors: Grioli, Gabriel
Keywords: Maltese language -- Dialects -- Malta -- Valletta
Code switching (Linguistics) -- Malta -- Valletta
Maltese language -- Variation -- Malta -- Valletta
Issue Date: 2016
Abstract: Din it-teżi hija maqsuma fi tliet kapitli ewlenin. L-ewwel kapitlu jibda b'ħarsa ddettaljata lejn studji preċedenti dwar is-soċjolingwistika. Partikolarment, nittratta suġġetti bħal ngħidu aħna, id-djalett, il-lingwa standard, il-'code switching' fit-taħdit u l-varjazzjoni lingwistika, temi li huma essenzjali fl-istudju tas-soċjolingwistika. Barra minn hekk, nitkellem ukoll dwar id-djalettoloġija tal-Malti, speċjalment dwar dawk l-istudjużi li jsemmu l-Belt. Fl-aħħar, il-kapitlu jagħlaq b'ħarsa lejn diversi teżijiet u xogħlijiet oħra li jiffokaw fuq il-varjazzjonijiet fonoloġiċi, morfoloġiċi, sintattiċi u lessikali tal-Malti. It-tieni kapitlu jiffoka fuq il-metodu użat sabiex inkisbu r-riżultati. L-ewwel ma jittratta huwa l-għan tal-istudju; x'ġegħelni naħdem fuq dan is-suġġett u l-intenzjonijiet tiegħi dwaru. Wara dan, jitkellem fuq punti bħal, pereżempju: il-varjabbli magħżula għal dan l-istudju u għalfejn kienu daqstant meħtieġa, dwar il-parteċipanti li ħadu sehem u kif intgħażlu, l-istudju pilota, l-intervisti u l-vantaġġi u l-iżvantaġġi marbuta magħhom, u l-prinċipji tal-etika. Matul dan il-kapitlu, ma nonqosx milli nsemmi d-diffikultajiet u l-limitazzjonijiet li ltqajt magħhom waqt li kont għaddej bir-riċerka tiegħi. It-tielet u l-aħħar kapitlu jikkonsisti f'xi sejbiet li saru bis-saħħa ta' din ir-riċerka. Huwa tajjeb ħafna li wieħed jifhem li billi dan l-istudju huwa kwalitattiv, ma kienx importanti li r-riżultati jingħataw f'persentaġġi. Fil-fatt, iżjed milli tajt importanza lil tabelli u persentaġġi biex wieħed jagħraf kemm-il darba okkorrew id-differenzi u l-varjanti, aktar iffokajt fuq l-ispjegazzjonijiet, it-tendenzi u l-probabbiltajiet. Fl-aħħar ta' dan il-kapitlu nintroduċi xi kliem u frażijiet li jien ġieli smajt fil-Belt, bit-tir li xi darba jsir studju sistematiku dwarhom. Fl-aħħar nett, nagħlaq it-teżi b'xi konklużjonijiet. Naturalment, ma naqasx li wara l-konklużjoni nagħti xi opinjonijiet f'liema direzzjoni dan l-ewwel studju dwar il-lingwaġġ tal-Beltin jista' jitkompla, bit-tama li ssir iżjed riċerka u jiġu skoperti fatti ġodda dwar il-belt kapitali ta' pajjiżna.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13335
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL018.pdf
  Restricted Access
3.48 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.