Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/17398
Title: Analizi akustika u komparattiva ta’ zewg djaletti Ghawdxin
Authors: Farrugia, Ruben
Keywords: Maltese language -- Provincialisms -- Malta -- Gozo
Maltese language -- Dialects -- Malta -- Gozo
Comparative linguistics -- Malta -- Gozo
Sociolinguistics -- Malta -- Gozo
Issue Date: 2016
Abstract: Dan l-istudju jistħarreġ id-differenzi akustiċi li jinsabu fil-vokali ta’ żewġ djaletti Għawdxin, in-Naduri u s-Sannati. L-analiżi akustika titfa’ wkoll dawl ġdid fuq is-sistemi vokaliċi ta’ dawn iż-żewġ djaletti li ġew mistħarrġa permezz tal-fonetika awditorja minn Said (2007) u Farrugia (2010), rispettivament. L-istudju preżenti jibbaża fuq dawn iż-żewġ sistemi vokaliċi filwaqt li jieħu spunt minn għadd ta’ studji akustiċi barranin sabiex tissawwar il-metodoloġija u b’hekk tinġabar id-data meħtieġa, li qabel ma tiġi analizzata fl-istudju ewlieni, ġiet applikata fi studju pilota. Sabiex jinħarġu l-karatteristiċi akustiċi ta’ dawn il-vokali, l-istudju preżenti jimxi fuq bażi kwantitattiva. L-istudju jagħmel użu minn numru ta’ kelliema nattivi taż-żewġ djaletti li lkoll jirrepetu ħames kelmiet mira għal kull vokali għal ħames darbiet. Kull kelma mira tidħol f’nofs ta’ sentenza sabiex tkun affettwata mill-inqas mill-intonazzjoni u l-istress li jista’ jpoġġi fuqha l-parteċipant. L-analiżi tal-vokali tibbaża fuq il-punt l-iktar stabbli tagħhom fejn il-formants huma l-inqas influwenzati mill-koartikulazzjoni tal-konsonanti. Analiżi komparattiva tal-valur tal-formants turi illi ħafna drabi hemm preżenti differenza akustika fil-kwalità tal-istess vokali li huma preżenti fiż-żewġ sistemi vokaliċi b’tali mod li jikkonferma l-mistoqsija ewlenija tal-istudju, flimkien mal-fatt illi ż-żewġ djaletti jagħmlu użu differenti tal-wisa’ preżenti fit-trapezju tal-vokali, kemm meta t-trapezju tal-vokali jissawwar skont il-fattur tad-djalett u kemm meta jissawwar skont il-fattur tas-sess. L-importanza ta’ dan l-istudju hija li jipprovdi evidenza konkreta tad-differenzi fuq livell akustiku bejn id-djaletti ta’ Malta, f’dan il-każ ta’ bejn id-djalett Sannati u dak Naduri.
Description: M.A.MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/17398
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16MAMAL001.pdf
  Restricted Access
13.44 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.