Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/25787| Title: | Mill-Isla ghax-Xagħra l-istorja tal-istatwa tal-Bambina |
| Authors: | Mercieca, Simon |
| Keywords: | Senglea (Malta) -- History Convents -- Malta -- Senglea -- History Xagħra (Malta) -- History Statues -- Malta -- Senglea |
| Issue Date: | 2013 |
| Publisher: | Senglea Historical Society |
| Citation: | Mercieca, S. (2013). Mill-Isla ghax-Xagħra l-istorja tal-istatwa tal-Bambina. Senglea Historical Society, 18-20. |
| Abstract: | Wieħed mill-aktar dokumenti importanti miżmuma fl-arkivju tal-Knisja Kolleggjata tal-Isla huwa manuskritt li jġib l-isem Memorie Ecclesiastiche dell’Invitta Città Senglea. 1 Dan il-manuskritt isegwi l-mudell ta’ kitba li bdiet tinkiteb matul is-seklu tmintax fejn numru ta’ ekkleżjastiċi ta’ dik il-ħabta kienu qed jimxu fuq il-mudell ta’ Gian Frangisk Abela, li ħafna snin qabel, ta lil Malta l-famuż ktieb tiegħu Descrittione di Malta. Immexxijin minn imħabba lejn belt u raħal twelidhom, bdew issa jimitaw dan il-mudell u jiktbu l-istorja tal-knisja parrokkjali fl-isfond tal-ġrajjiet ta’ belthom jew raħalhom. L-istorja kienet għada ma tinkitebx kif nifhmuha llum. Kienet storja li tħares lejn il-passat u anki tinkludi lill-preżenti jew dak kontemporanju. Kienet timxi fuq il-mudell umanistiku ppreżentat minn Erasmu ta’ Rotterdam u Giovanni Battista Vico. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/25787 |
| Appears in Collections: | Scholarly Works - FacArtHis |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Mill-Isla_ghax-Xaghra_L-Istorja_tal-Ista.pdf | 285.82 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
