Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29541
Title: Vassalli : it-tnissil ta' kuxjenza nazzjonali - Ic-curkett u x-xbieha ta' Vassalli
Other Titles: Ic-curkett u x-xbieha ta' Vassalli
Authors: Friggieri, Oliver
Keywords: Vassalli, Mikiel Anton, 1764-1829
Maltese language -- History
Romanticism -- Malta
Nationalism -- Malta
Enlightenment -- Malta -- 18th century
Vassalli, Mikiel Anton, 1764-1829 -- Biography
Vassalli, Mikiel Anton, 1764-1829 -- Associated objects
Issue Date: 1993
Publisher: University of Malta
Citation: Friggieri, O. (1993). Vassalli : it-tnissil ta' kuxjenza nazzjonali - Ic-curkett u x-xbieha ta' Vassalli. Journal of Maltese Studies, 23-24, 154-174
Abstract: Il-mistoqsija li aktarx ma jistax jahrab minnha kull min jistħarreġ xi aspett jew ieħor tal-kultura Maltija hi din: minkejja li l-gżira hi art qadima bi ġrajja magħrufa qadima, minn meta 'l hawn nistgħu ngħidu li l-Maltin kisbu kuxjenza komunitarja waħda li tressaqhom lejn il-kwalifika ta' nazzjon mitbum fis-sens modem? Minħabba llimiti ġeografiċi, numeriċi u politiċi, Malta ftit li xejn setgħet tikseb dan is-sens mingħajr l-imbuttatura ta' mentalita miġjuba rninn artijiet li sawrulha l-identita mhallta tagħha ta' gżira mediterranea. Jekk is-sens ta' nazzjonalita ma kellux għalfejnjitbiddel f'kuxjenza attiva fil-każ ta' artijiet kbar li kellhom, ftit jew wisq, il-ħakma fuqhom infushom, fil-każ ta' art ċkejkna merħija f'idejn il-barranin, dan is-sens jew ma kienx jinħass il-bżonn tiegħu (jekk kien jeżisti), jew jekk kien jeżisti, kien ħaġa waħda mal-preżenża kulturali u politika barranija. Tant hu minnu li għal żmien twil dak kollu li tqies bħala Malti hu, bil-kriterji ta' llum u għal-lum, barrani jew importat. Għal żmienu, jekk ma rridux inneżżgħu lil Malta ta' missirijietna l-qodma minn kull ħjiel ta' ruħ ħajja, dak għandu jitqies bħala wirt lokali, hu liema hu n-nisel tiegħu. --- Fil-każ ta' bniedem kbir mhux biss ix-xoghlijiet li juru l-ġenju tiegħu huma importanti, iżda wkoll, f'dawl differenti, l-oġġetti li kienu proprjeta tiegħu jew imkejjen marbutin ma' ġrajjietu. Hi importanza iżgħar, għaliex ma hix parti rnillqofol ta' l-identita oriġinali tiegħu, u tikber jew tiċkien skond kemm tgħin biex jissawwar il-kwadru shih ta' l-gharfien tiegħu. Wirt rari ħafna li wasal rninn żmien Vassalli sa żmienna u li issa nafu bih huwa ċ-ċurkett li kien jilbes hu nnifsu u li ntiret rninn ġenerazzjoni għal oħra fi ħdan ilfamilja tieghu.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29541
Appears in Collections:JMS, Volume 23-24
JMS, Volume 23-24
Scholarly Works - FacArtMal



Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.