Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29915| Title: | Il-porpra storika u mirakuluża ta’ Casal Paola |
| Authors: | Mercieca, Simon |
| Keywords: | Good Friday -- Malta -- Paola Processions, Religious -- Malta Religious art -- Malta -- Paola |
| Issue Date: | 2018 |
| Publisher: | Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan Banda Paola |
| Citation: | Mercieca, S. (2018). Il-porpra storika u mirakuluża ta’ Casal Paola. Il-Ġimgħa l-Kbira 2018, Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan Banda Paola, 26-34. |
| Abstract: | Meta s-sena l-oħra ktibt l-artiklu fuq l-istatwa tal-Porpra li kienet għadha kemm ġiet irrestawrata f’Raħal Ġdid, ġiet f’idejja santa qadima ħafna flimkien ma’ kitba dwarha. Din is-santa flimkien ma’ dan it-tagħrif ittajpjat dwarha kienet għand il-mibki, Dun Mario Agius. Din is-santa li qed tkun riprodotta f’dan l-artiklu turi il-figura ta’ Kristu inkurunat bix-xewk jew kif nafuha llum bħala l-Porpra. Dejjem skont id-deskrizzjoni li hemm fuqha, din l-istatwa kienet tinsab f’Raħal Ġdid. Magħha hemm id-data meta saret din is-santa, jiġifieri s-sena 1897. Kif kien jiġri f’dik il-ħabta, ilkitba fuq is-santa kienet bit-Taljan. It-Taljan kien l-ilsien ta’ dawk li kienu jafu jaqraw u jiktbu. Fuq quddiem hemm miktub li din hija: “Vera Effigie dell’antichissimo – Ecce Homo – di Casal Paula (Malta)”. Bil-Malti tiġi “Xbieha vera tal-Aċċjomu qadim ħafna ta’ Raħal Ġdid (Malta)”. Ma hemmx fejn ġiet stampata din is-santa, iżda kif ser inkun qed nispjega, din ġiet stampata f’Milan l-Italja. Il-fatt li mal-kelma Raħal Ġdid, tqegħdet ilkelma Malta fil-brackets, turi li mhux biss din is-santa saret barra, iżda kienet ukoll magħmula biex titqassam kemm f’Malta kif ukoll barra. Dan jikkonferma, li dan l-Ecce Homo ta’ Raħal Ġdid kien magħruf internazzjonalment. Ma naħsibx li f’dan il-perjodu kien hemm Ecce Homo ieħor daqshekk importanti fil-gżejjer Maltin. B’hekk nistgħu nżidu li din il-kitba turi li dan il-bust hu sinonimu ma’ Raħal Ġdid. Fuq kollox dan l-bust kien mitqies mirakuluż. Kien qed jaqla’ l-mirakli għaliex kien qed anki jirċievi rigali ta’ deheb. Dawn kienu jitwaħħlu miegħu. Fuq kollox, kienu saru anki labti tiegħu. Dawn il-labti kienu juru l-wiċċ ta’ dan l-Ecce Homo. Kien inkiteb fuqhom bit- Taljan li dan hu Il Miraculoso di C. Paula jew il-Mirakuluż ta’ Raħal Ġdid. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29915 |
| Appears in Collections: | Scholarly Works - FacArtHis |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Il-porpra_storika_u_mirakuluża_ta’_Casal_Paola_2018.pdf | 1.17 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
