Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/30365| Title: | Il-familji ta’ Ghar il-Kbir fis-Siggiewi |
| Authors: | Mercieca, Simon |
| Keywords: | Books -- Reviews Cave dwellings -- Malta -- Siġġiewi Għar il-Kbir (Dingli, Malta) |
| Issue Date: | 2017 |
| Publisher: | Stamperija Indipendenza |
| Citation: | Mercieca, S. (2017, August 23). Il-familji ta’ Għar il-Kbir fis-Siġġiewi. Il-Mument, p. 34. |
| Abstract: | Bejn Ħad-Dingli u s-Siġġiewi jeżisti għar kbir li għal numru ta’ snin kien abitat min-nies. Dan l-għar hu magħruf magħna l-Maltin bħala Għar il-Kbir. Iżda dan ma kienx l-uniku għar abitat f’Malta fil-passat. Hekk pereżempju, fil-post illum magħruf bħala Raħal Ġdid, kien magħruf bħala Ta’ Għerien, b’referenza għan-numru ta’ għerien li kien hemm f’din l-akkwata. F’dawn l-għerien kienu jgħixu n-nies. Lejn il-Mellieħa wkoll kellek għerien abitabbli. Xi wħud minnhom baqgħu jgħixu n-nies fihom sa ftit taż-żmien ilu. Il-Patri Agostinjan Aurelio Haxac kien kiteb memorandum, illum mitluf, fit-tieni nofs tas-seklu sittax fejn spjega kif f’dawn l-għerien, ħafna snin qabel, kienu jgħixu fihom il-patrijiet Agostinjani. Wisq probabbli, id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Mellieħa tibda inkonnessjoni mal-preżenza ta’ rħib f’dawn l-għerien Agostinjani mis-seklu erbatax ’il quddiem. In-nies ta’ Għar il-Kbir kienu suġġett ta’ studju interessanti minn Joseph Borg fil-ktieb li għadu kif ippubblika bl-isem 'Documents on Għar il-Kbi, Malta, 1588-1733'. In-nutara qalbu l-isem għal-Latin “Antrum” jiġifieri Għar u “Magnum” jiġifieri kbir. Fil-verità, hawn ma hawnx għar, iżda kumpless ta’ għerien, xi wħud minnhom anki tħaffru mill-istess nies li kienu jgħixu fihom. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/30365 |
| Appears in Collections: | Scholarly Works - FacArtHis |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Il-familji_ta’_Għar_il-Kbir_fis-Siġġiewi_2017.pdf | 1.56 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
